IL-PRIM MINISTRU FIR-REPUBBLIKA CEKA
PR0717
26/05/2000
IL-PRIM MINISTRU FIR-REPUBBLIKA ĊEKA
Il-Prim Ministru ħalla Malta llum għal Praga biex jinawgura l-ftuħ mill-'did tal-Corinthia Towers Hotelfejn saru xogħlijiet estensivi ta' rinovament.
Din il-lukanda, it-tieni l-akbar waħda fir-Repubblika Ċeka, hi frott investiment Malti. Bit-ti'did li sar fil-kwalita` tal-kmamar u fil-faċilitajiet tagħha, il-Corinthia Towers Hotel issa laħqet il-livell Five-Star.
Il-lukanda rinovata ser tkun inawgurata f'ċerimonja llejla.
Il-Prim Ministru jinsab akkumpanjat fi Praga mis-Sinjura Fenech Adami u mill-Ministru għat-Turiżmu Michael Refalo. Il-Prim Ministru jinsab akkumpanjat ukoll mis-Segretarju Privat tiegħu Peter Portelli.
Il-Prim Ministru mistenni lura Malta nhar il-'�add, 28 ta' Mejju 2000.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN