Left arrow Go Back

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI EDWIN VASSALLO JINDIRIZZA LAQGHA GHALL-IMPORTATURI U BEJJIEGHA TAL-KOSMETICI

PR0695
Date Icon 23/05/2000

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI EDWIN VASSALLO JINDIRIZZA LAQG'�A G'�ALL-IMPORTATURI U BEJJIEG'�A TAL-KOSMETIĊI

Is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru għas-Servizzi Ekonomici, l-Onor Edwin Vassallo attenda għall-laqgħa ma' l-importaturi u bejjiegħa tal-Kosmetiċi organizzata mis-Small Business Efficiency Unit (S.B.U) flimkien mal-Malta-EU Information Centre (M.I.C.) u l-Malta Standardisation Authority(M.S.A.)

Is-Segretarju Parlamentari beda biex introduċa Uffiċjali mil-M.S.A. u spjega kif ser taħdem din l-Awtorit'� li taqa' taħt il-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi. Huwa qal li din ser tkun Awtorit'� li primarjament tifhem li l-obbligu ewlieni tagħha għandu jkun ta' servizz u li tagħti direzzjoni lis-settur tan-negozju dwar dak li jitratta standards ta' prodotti u servizzi li jridu jkunu offruti għall-bejgħ. Preżenti għall-laqgħa kien hemm ukoll uffiċjal mill-M.I.C. li tkellem dwar kif l-Unjoni Ewropea tħares lejn l-importanza ta' dawn l-istandards.

Punti mid-diskors ta' l-Onor Vassallo:

Il-ħidma ta' l-Awtorit'� ser tgħin biex kull prodott li jkun għall-bejgħ ikun up to standard. Dan ifisserbażikament li l-prodotti li jkunu għall-bejgħ ma jkunux ta' periklu għal min juzahom. Irridu naċċertaw li jkollna metodu ta' kif niftħu s-suq, iżda fl-istess ħin nirrisponsabbiliżżaw is-sistema ta' kif isir in-negozju. Din is-sistema trid twassal ukoll li tipprojbixxi dak kollu li hu ta' dannu għall-konsumatur. Bażikament ma nistgħux naċċettaw prodotti inferjuri.

M'aħniex ser naċċettaw dak li pajjiżi oħra jirrifjutaw. Mhux ser naċċettaw lanqas li jkollna negozjanti li jimpurtaw kollox biex jagħmlu qliegħ, anke dawk l-affarijiet li pajjiżi oħra jwarrbu għaliex ikun ta' kwalit'� inferjuri. Din m'hijiex l-iskuża ta' kif wieħed għandu jaqla' l-flus. Imprenditur li jassigura l-kwalit'� u joffri affarijiet għall-bejgħ li huma ta' standard m'għandux jikkompeti ma' min m'għandux skrupli.

Dan qegħdin nagħmluh biex primarjament nissodisfaw il-ħti'ijiet tagħna u għax hekk jaqblilna bħala Maltin. Huwa proċess ta' upgrading tas-suq tagħna. Irridu li s-suq tagħna jkun kapaċi jingħata l-istess prijoritajiet li għandhom pajjiżi li di''� huma żviluppati. Ma nistgħux nibqgħu naċċettaw kwalit'� inferjuri fis-suq.

Li ntejbu l-kwalit'� tas-suq tagħna għandha tkun il-prijorit'�. Din hija l-għażla tagħna. L-Unjoni Ewropea tgħinna naslu għat-twettieq ta' din id-deċizjoni. Flimkien ma' pajjiżi ohra applikanti ta' l-U.E. irridu naraw li ni'u konformi mad-direttivi li jintużaw fil-pajjiżi li huma membri. B'konsegwenza t'hekk qegħdin nagħżlu l-mod ta' kif isir in-negozju. L-għażla li rridu nkunu aħjar. Riżultat ta' dan huwa li ma jistax jibqa' jgħaddi kollox fis-suq tagħna. Dan huwa prezz li rridu nħallsu biex noffru servizz aħjar u ngħollu l-mod ta' kif isir in-negozju fil-pajjiż.

Mhux bilfors dak li hu l-irħas jew dak kollu li jinzerta' jaqa' taħt idejna huwa tajjeb .

Il-Konsumatur jaf li l-interessi tiegħu qegħdin ji'u mħarsa. Dan il-messa'' irridu naraw li jasal car.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow