STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI TA? L-ONOR. JESMOND MUGLIETT DWAR IĊ-ĊENTRU SPORTIV FIL-GUDJA
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI TA' L-ONOR. JESMOND MUGLIETT DWAR IĊ-ĊENTRU SPORTIV FIL-GUDJA
B'riferenza għall-istqarrija lill-Istampa mill-Kunsill Lokali Gudja rigward iċ-Ċentru Sportiv fil-Gudja, is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni, l-Onor. Jesmond Mugliett jixtieq jiċċara xi affarijiet, fosthom :
Fil-5 ta' Awissu 1999, il-Kunsill Lokali tal-Gudja kiteb hekk lis-Segretarjat….. "Il-Kunsill Lokali Gudja għandu talba minn persuni sabiex jieħdu f'idejhom iċ-ċentru tal-pitch tal-boċċi li hemm fil-playing field ta' Dawret il-Gudja quddiem Palazzo D'Aurel. Dan iċ-Ċentru ilu mitluq għal ħafna żmien u jinsab imkisser. Qabel jieħu xi deċiżjoni, il-Kunsill Lokali Gudja jixtieq jiltaqa' ma' dawk responsabbli minn dan iċ-ċentru sabiex ikun jaf il-pjanijiet tal-Ministeru għal dan il-post."
Fir-risposta tiegħu datata l-1 ta' Settembru 1999, is-Segretarju Parlamentari rrisponda….. "Nirreferi għall-ittra tal-5 ta' Awissu rigward l-użu tal-pitch tal-Boċċi fil-Gudja. Nixtieq ninfurmak li din il-facilita` hija proprjeta` tal-Gvern ( Dipartiment tal-Artijiet ) u kull allokazzjoni trid issir permezz tad-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport. Ngħarrfek għalhekk li ma tista' tieħu l-ebda deċiżjoni dwar tali allokazzjoni."
Filfatt, ir-risposta tas-Segretarju Parlamentari tirrifletti l-fatt li proprjeta` sportiva tal-Gvern ma tistax tgħaddi f'idejn persuni li ma jkunux entita` sportiva stabbilita. Kien għalhekk li meta 'iet it-talba ta' St.Patrick's Athletic SportsClub sabiex jinstabilhom ‘clubhouse' fejn dawn jistgħu jagħmluh iċ-Ċentru tagħhom, dawn setgħu ji'u allokati dan il-post 'ol-Gudja. Ta' min jgħid li dan l-exClub tal-Boċċi kien ilu abbandunat għal diversi snin għaliex il-Kumitat kien 'ie xolt f'Marzu ta' l-1993 u kien għad hemm kontijiet pendenti tad-dawl u l-ilma li din l-Amministrazzjoni ħallset u b'hekk dan id-dejn 'ie magħluq.
'�aldaqstant, l-unika entita` li kellha d-dover li tieħu deċiżjoni dwar dan iċ-Ċentru huwa d-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport, u din id-deċiżjoni d-Dipartiment ħadha u għalhekk, issa, dan iċ-ċentru ser ji'i utilizzat mill-'did minn Klabb Sportiv.
Is-Segretarju Parlamentari għalhekk japprezza ħafna li l-Kunsill Lokali tal-Gudja jaqbel mad-deċiżjoni li "…fl-aħħar dan il-post se ji'i użat" . Id-deċiżjoni li jkun allokat il-fond lil St.Patrick's A.C.ittieħdet sabiex ikun hemm diversifikazzjoni ta' l-isport prattikat f'din il-lokalita` u sabiex bl-attivita` ta' l-istess għaqda jkun hemm presenza ħajja f'żona sportiva li kienet spiċċat mitluqa.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN