STQARRIJA MID-DIVIZJONI TAS-SAHHA
Wara rapporti li hargu fuq il-mezzi tax-xandir dwar kuntatti li saru bejn id-Direttur Generali tas-Sahha u l-Union Haddiema Maghqudin, id-Direttur Generali tas-Sahha jhoss li ghandu jinforma lill-pubbliku bil-kuntatti li saru f'dan ir-rigward u jaghti l-verzjoni korretta u ezatta tal-fatti.
Id-Direttur Generali tas-Sahha jsostni li r-rapporti li dehru m' humiex lejali lejn il-verit'� u huma intizi biss biex jitfghu dell ikrah fuqu u jkomplu jxekklu l-prospetti ghall-ftehim fuq il-kwistjoni li tezisti dwar id-deployment ta' nurses fl-Isptar Monte Carmeli.
Nhar il-Gimgha, 5 ta' Mejju 2000, filghaxija, is-Segretarju Generali tal-Union Haddiema Maghqudin ikkuntattja lid-Direttur Generali tas-Sahha b'mod informali permezz tat-telephone u ghamel pressjoni biex jintlahaq ftehim fuq il-kwistjoni.
Nhar it-Tnejn, 8 ta' Mejju, filghodu, id-Direttur Generali tas-Sahha cempel lis-Segretarju Generali tal-Union Haddiema Maghqudin u gharrfu sa fejn ikun lest li jersaq sabiex ikun jista' jintlahaq ftehim. Minhabba t-teknikalitajiet tad-diskussjoni fuq it-telephone s-Segretarju Generali tal-Union Haddiema Maghqudin talab lid-Direttur Generali tas-Sahha biex dak li kien qallu fuq it-telephone jaghtihulu bil-miktub halli huwa jkun jista' jghaddi din l-informazzjoni b' mod ezatt, kemm lill-membri tat-taqsima tieghu, kif ukoll lill-Malta Union of Midwives and Nurses u l-General Workers' Union.
Jidher li s-Segretarju Generali tal-Union Haddiema Maghqudin zamm mal-kelma tieghu tant li nhar l-Erbgha, 10 ta' Mejju, ghad-disgha ta' filghodu, id-Direttur Generali tas-Sahha rcieva fax minghand is-Segretarja tat-Taqsima Servizzi Pubblici tal-General Workers' Union li fiha hija lmentat li rceviet sensiela ta' proposti fuq karta mhux iffirmata minghand is-Segretarju Generali tal-Union Haddiema Maghqudin. Hija lmentat li din ma kinetx serjet'� u xtaqet li d-Direttur Generali tas-Sahha jibghatilha proposti ufficjali fuq l-letterhead u ffirmati fi zmien siegha.
Id-Direttur Generali cempel lis-Segretarja tat-Taqsima tal-General Workers' Union u nfurmaha b'dak kollu li kien gara fil-granet ta' qabel. Huwa sostna li l-
proposti miktuba ma kienux hlief transkrizzjoni ta' konversazzjoni li ghaddiet bejnu u s-Segretarju Generali tal-Union Haddiema Maghqudin u li l-iskop kien li dawn il-proposti informali jigu diskussi mill-Unions sabiex jigi stabbilit jekk hemmx bazi fejn jistghu jinfethu diskussjonijiet serji li jwasslu ghal ftehim ahhari.
Id-Direttur Generali sahaq illi huwa ma kienx f'pozizzjoni li jibghat proposti b'mod ufficjali ladarba kienu ghadhom ghaddejin l-azzjonijiet industrijali. Id-Direttur Generali qal lis-Segretarja tat-Taqsima tal-General Workers' Union li huwa kien baghat dawn il-proposti lill-Union Haddiema Maghqudin ghaliex kienu l-Union Haddiema Maghqudin li ghamlu kuntatt. Kieku l-General Workers' Union ghamlu kuntatt mad-Direttur Generali, huwa kien jaghmel l-istess proposti informali lilhom.
Nhar il-Hamis, 11 ta' Mejju, id-Direttur Generali rcieva ittra minghand is-Segretarju Generali tal-Malta Union of Midwives and Nurses li fiha dan ukoll talab lid-Direttur Generali biex jibghatlu proposti ufficjali fuq letterhead u ffirmati. It-twegiba tad-Direttur Generali permezz ta' ittra kienet l-istess bhal dik moghtija lis-Segretarja tal-General Workers' Union. Il-Malta Union of Midwives and Nurses kienet infurmata wkoll li kieku hija talbet ghall-proposti b'mod informali kif ghamlu l-Union Haddiema Maghqudin, dawn kien jintbaghtulha wkoll.
Fil-fatt kemm il-General Workers' Union, kif ukoll il-Malta Union of Midwives and Nurses, inghataw l-istess proposti u kjarifiki b' mod informali meta dawn talbuhom.
Ghaldaqstant huwa evidenti li t-tliet Unions gew ittrattati bl-istess manjiera.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN