KORS TA' EDUKAZZJONI GHAT-TMEXXIJA FIL-QASAM KOPERATTIV
KORS TA' EDUKAZZJONI GHAT-TMEXXIJA FIL-QASAM KOPERATTIV
Hamsa u tletin certifikat ta' attendenza il-bierah gew ipprezentati lill-membri tal-kumitati ta' socjetajiet koperattivi wara li lestew kors ta' sitt xhur fil-edukazzjoni ghat-tmexxija tal-koperattivi, kors li gie organizzat mill-Apex, l-organizzazzjoni tal-Koperattivi Maltin u l-Korporazzjoni tax-Xoghol u Tahrig.
Dan il-kors gab flimkien numru kbir ta' koperattivi mill-oqsma differenti ta' xoghol u nghata minn professjonisti fil-qasam tat-tahrig manigerjali u finanzjarju, kif wkoll esperti fil-qasam tal-koperattivi.
Waqt il-prezentazzjoni tac-certifikati, il-Ministru ghall-Politika Socjali, Dr. Lawrence Gonzi, sahaq fuq il-bzonn ta' tahrig ta' dan it-tip. Huwa qal li r-realtajiet tar-ristrutturazzjoni, il-bidla fl-organizzazzjoni tax-xoghol minhabba t-teknologija u l-informatika, u l-bzonn ta' aktar flessibilita' fil-kundizzjonijiet tax-xoghol ghal min jahdem, qed ipoggu sfidi godda quddiem kull min ihaddem. Il-moviment koperattiv, bhal kull azjenda ohra li trid taghmel il-profitt, wkoll qed tiffacja din l-isfida, u huwa ghalhekk li hemm hafna bzonn ta' tahrig ghall-hiliet manigerjali u ta' tmexxija, sabiex jigu moghtija l-ghodda halli dawn l-isfidi jigu mibdula f'opportunitajiet godda ghall-valur mizjud, kemm fuq il-hiliet tal-haddiema kif wkoll fuq il-prodott.
Il-Ministru Gonzi qal li l-koperattivi, aktar minn azjendi ohrajn, ghandhom bzonn li jibnu qafas professjonali ta' tmexxija. Dan ghaliex, hafna drabi, koperattiva gdida tigi ffurmata minn numru ta' haddiema li mhux bilfors ikollhom tahrig u esperjenza fit-tmexxija ta' azjenda. Naturalment, dawn il-kompetenzi u l-hiliet jistghu jigu zviluppati u hu hawnhekk fejn il-bord tal-Koperattivi u l-APEX ghandhom rwol importanti x'jaqdu fit-tahrig u formazzjoni ta' programmi ta' edukazzjoni ghat-tmexxija.
L-impenn favur l-izvilupp ta' kompetenzi godda f'dan il-qasam, tenna l-Ministru Gonzi, ghandu jkun impenn mifrux matul il-hajja u mhux biss fil-bidu tal-formazzjoni tal-Koperattiva. Dan ghaliex r-realtajiet tas-suq, u l-girja ghall-kompettitivita u l-kwalita' tal-produzzjoni hafna drabi jehtiegu t-tehid ta' decizjonijiet krejattivi u strategici sabiex jigi zgurat is-success u l-profitt.
Il-Ministru Gonzi ferah lill-partecipanti kollha ta' dan il-kors ghall-impenn li wrer fl-attendenza tieghu. Huwa irringrazzja wkoll lill-Bord tal-Koperattivi u lill-APEX li ghat-tieni sena konsekuttiva organizzaw kors daqstant estensiv u professjonali u heggighom sabiex ikomplu bl-impenn taghhom favur strutturi manigerjali professjonali ghat-tmexxija tal-koperattivi. Huwa ferah wkoll lill-APEX tar-rwol aktar centrali li qed tiehu fil-Moviment Koperattiv. Dan jixhdu l-fatt li l-APEX qieghda wkoll taghti l-kontribut taghha fil-MEUSAC u kull meta tigi mitluba taghti l-pariri taghha f'kull qasam li ghandu x'jaqsam mas-settur li tirraprezenta hija vis-'�-vis l-Unjoni Ewropea. Huwa fakkar li l-APEX thaddan fiha madwar 35 il-koperattiva li jammonta ghal vicin id-disghin fil-mija tal-koperattivi f'Malta.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN