Left arrow Go Back

PUNTI MID-DISKORS TA' L-ONOR EDWIN VASSALLO SEGRETARJU PARLAMENTARI FIL-MINISTERU GĦAS-SERVIZZI EKONOMIĊI WAQT LAQGHA MAS-SINDKI U KUNSILLIERA DWAR IL-POLITIKA KUMMERĊJALI FIL-KOMUNITA?

PR0616
Date Icon 11/05/2000

PUNTI MID-DISKORS TA' L-ONOR EDWIN VASSALLO SEGRETARJU PARLAMENTARI FIL-MINISTERU G'�AS-SERVIZZI EKONOMIĊI WAQT LAQGHA MAS-SINDKI U KUNSILLIERA DWAR IL-POLITIKA KUMMERĊJALI FIL-KOMUNITA'

Ma nistgħux naslu għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali ta' pajjiżna mingħajr ma nagħtu l-istima xierqa u għajnuna prattika lis-settur tan-negozji zgħar. Dan huwa diskors li ilu jinstema', iżda għall-Gvern Ċentrali u Lokali, dan id-diskors irid isir impenn.

Nista' ngħid li dwar dan hawn qbil ukoll. Fil-prattika dan l-impenn irridu ngħixuh.

Jista' ikun li hawn uħud li huma responsabbli tal-komunita' fil-Gvern Lokali li jiddeċiedu li meta qegħdin nitkellmu dwar "Il-Politika Lokali fil-Komunita' għall-'�olqien ta' l-Impjiegi" dan huwa barra mir-responsabbilta' tagħhom. Jista' ikun li jaħsbu li dan huwa biss dmir tal-politika ċentrali u mhux tal-politika lokali.

Ikolli ngħid li dawn ikunu qegħdin jiżbaljaw jekk ma jarawx ir-responsabbilt'� tagħhom fil-kontenut tar-realt'� tal-ħti'ijiet tal-komunit'�.

Id-Deċentralizzazzjoni tfisser li d-deċiżjonijiet ma jibqgħux jittieħdu fuq livell ta' Gvern Ċentrali iżda bir-rispett lejn il-prinċipju ta' sussidjarjet'�. B'hekk id-deċiżjonijiet jittieħdu eqreb taċ-ċittadini (fil-Komunit'�). Id-Deċentralizzazzjoni ma tfissirx qsim ta' responsabbilitajiet iżda sħubija fir-responsabbilit'�. Hawn nisħaq fuq il-ħtie'a ta' siner'ija u koordinazzjoni.

Siner'iji bejn Gvern Ċentrali u Gvern Lokali fl-impenn ta' l-għoti ta' l-istima u għajnuna prattika lis-settur tan-negozji.

Il-ħidma tas-self employed u negozji żgħar tħalli l-effett fil-Komunit'� li tagħha intom responsabbli. '�aldaqstant għandna interess komuni x'inħarsu flimkien, intom bħala Gvernijiet Lokali u dan il-Ministeru f'isem il-Gvern Ċentrali.

Dan l-impenn irid iwassalna niżviluppaw siner'ija bejnietna li tgħallimna nkunu ta' servizz u għajnuna lil dan is-settur. '�al ħafna żmien f'pajjiżna bħal ma 'ara f'pajjiżi ohra, kellna sistema ta' ra'unar li qatt ma ħarset lejn in-negozji ż-żgħar bħala l-mutur ta' l-ekonomija.

Kull ekonomija li trid tikber trid tibdel din il-mentalit'�. Kull ekonomija li tiffjorixxi tkun kapaċi toħloq l-impjiegi. Mill-ħolqien ta' l-impjiegi tgawdi l-Komunit'�. Komunit'� li trid tgħolli l-livell ta' l-għijxien u l-kwalit'� ta' ħajja dejjem tħares lejn l-istabbilit'� ekonomika tal-familja u d-dħul mill-impjiegi.

F'pajjiż żgħir bħal tagħna, l-analiżi tal-qagħad f'kull komunit'� għadu forsi qatt ma kien fuq l-a'enda tal-Kunsill. Bil-ghajnuna ta' l-E.T.C. irridu nanalizzaw min huma dawk li qeghdin ifittxu x-xoghol biex inkunu nistghu nippjanaw x'tahrig noffru f'kull lokalit'� jew ghal zoni ta' lokalitajiet bl-istess cirkustanzi.

Hekk ukoll irridu nħarsu lejn il-ħtie'a infrastrutturali u nipprovdu l-ħti'ijiet t'għada. '�alhekk ikun jista' isir ippjanar b'vizjoni li tlaħħaq mal-ħtie'a tar-residenti u dak tas-settur tal-kummerċ.

Il-laqgħat li di'a' saru mad-diversi Awtoritajiet fosthom ma' dik ta' l-Ippjanar dwar il-local plans ser tkun okkazzjoni tajba fejn niddiskutu kif nilħqu l-bilanċ bejn il-ħti'ijiet tas-settur tan-negozju u dak residenzjali.

Il-konsultazzjoni ma' l-Awtorit'� tat-Turiżmu hija pass 'l quddiem fejn komunitajiet għarfu jagħżlu l-identit'� u l-karatteristika li tista' tkun ta' benefiċċju għall-lokalit'� tagħhom. L-iżvilupp tat-turiżmu kulturali (heritage tourism) ikun għal pajjiżna pass pożittiv lejn l-izvilupp tas-settur turistiku fil-lokalit'�.

Ir-riforma fil-proċess tal-ħru' tal-liċenzji tan-negozju ser tkun okkażżjoni fejn il-Kunsilli Lokali ser ikunu huma l-kustodji ta' proċess li għandu jiżgura li f'kull lokalit'� jkollna settur kummerċjali organiżżat.

F'pajjiżna għall-kuntrarju ta' pajjiżi ohra, ma għandniex bżonn li noħolqu skemi li nħajjru lil min jidħol f'negozju. Skond l-aħħar statistika kellna żjieda fis-settur tas-self-employed, iżda l-isfida hija li rridu nassiguraw li jkollna suq li kapaċi jsostni dawk kollha li qegħdin fin-negozju.

Ghaldaqstant nitlobkom taħsbu aktar dwar din il-ħidma bħala neċessit'� u mhux sempliċement lussu li nistgħu ngħaddu mingħajru.

Biex inħaffu u ngħinu f'din il-ħidma, waqqafna l-S.B.U. li wiehed mill-objettivi tiegħu proprju huwa l-koordinazzjoni tas-setturi kummerċjali mal-Kunsilli Lokali.

Din hija ħidma li rridu noffru bħala servizz lill-komunitajiet tagħna flimkien.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow