Left arrow Go Back

SE TKUN DISKUSSA L-APPLIKAZZJONI DWAR IL-MASTER PLAN GĦAL BIEB IL-BELT

PR0607
Date Icon 10/05/2000

SE TKUN DISKUSSA L-APPLIKAZZJONI DWAR IL-MASTER PLAN G'�AL BIEB IL-BELT

L-Awtorit'� ta' l-Ippjanar għada mistennija tiddiskuti u tiddetermina l-outline application li tressqet mill-Ministeru għall-Ambjent dwar il-Master Plan għad-daħla tal-Belt Valletta, li jinkludi l-iżvilupp tas-sit tat-Teatru Rjal f'teatru ta' l-opra u xogħlijiet kulturali oħra.

Dan qalu l-Ministru għall-Ambjent Francis Zamnmit Dimech meta dalgħodu, flimkien mal-Ministru ta' l-Edukazzjoni Louis Galea, tkellem f'konferenza ta' l-aħbarijiet fil-Kavallier ta' San Ġakbu, li matulha tħabbret il-ħatra ta' Bord ta' tmexxija bl-iskop li dan iċ-Ċentru għall-Kreattivit'� jibda jiffunzjona b'seħħ minn Settembru li 'ej.

Il-Ministru Zammit Dimech qal li hi l-intenzjoni tal-Gvern li l-iżvilupp kollu li qed ikun ippjanat permezz tal-Master Plan jitwettaq f'fażijiet differenti fid-dawl ta' l-ispiża li jirrikjedi. Hu semma li l-ewwel fażi, dik li l-Kavallier ta' San Ġakbu nbidel minn fortizza għal ċentru ta' arti u kultura, swiet madwar Lm4 miljun.

Hu żied li l-fażi li jmiss se tkun l-iżvilupp tas-sit tat-Teatru Rjal f'Teatru ta' l-Opri u dak ta' Misraħ il-'�elsien f'żona kummerċjali.

Il-Ministru Zammit Dimech qal li l-ħsieb tal-Gvern hu li titwaqqaf kumpannija, li għalissa tkun kollha tal-Gvern, biex tieħu ħsieb l-implimentazzjoni ta' din il-fażi tal-pro'ett. Għal dan l-iskop di''� tħejja rapport minn ditta ta' konsulenti magħrufa, fejn qed ikun su''erit fost l-oħrajn li din il-parti tal-pro'ett tkun tista' jew issir direttament mill-Gvern jew inkella jintalbu proposti mill-privat li jkun jista' jagħmel l-iżvilupp kollu hu. Dan, imbagħad, ikun jista' jikri dak li jibni, kemm il-parti kummerċjali kif ukoll it-Teatru, fejn il-kirja f'dan il-każ issir mill-Gvern, bil-kundizzjoni iżda li t-Teatru jsir proprjet'� tal-Gvern wara ċertu perjodu.

Hu spjega li din il-fażi tal-pro'ett se tkun tikkonsisti f'Teatru b'akkomodazzjoni għal 800 persuna u li fih ikunu jistgħu jsiru opri, musicals, drama u produzzjonijiet mużikali oħra, u żvilupp kummerċjali fuq żew' sulari taħt l-art. Qed ikun propost li t-teatru jkollu faċċata, permezz ta' screen, li tkun tixbaħ lil dik tat-Teatru Rjal li kien iddisinja Edward Middleton Barry. Għal Misraħ il-'�elsien qed ikun propost żvilupp kummerċjali taħt l-art. Fiż-żew' każi se jsiru wkoll parke''i fuq mill-anqas tliet sulari.

Il-Ministru Zammit Dimech esprima s-sodisfazzjon tiegħu li beda jmexxi 'l quddiem dan il-pro'ett li għal ħafna deher biss ħolma. Hu fakkar li l-pro'ett marbut mal-Kavallier ta' San Ġakbu kien inbeda fl-1995 bl-iskop li jkun wieħed mir-rigali tal-Gvern lill-poplu Malti fil-bidu ta' millennju 'did. Wara li għal kważi sentejn ftit li xejn sar progress, ix-xogħol ingħata spinta kbira biex ix-xewqa li dan iċ-Ċentru jkun inawgurat bejn it-tmiem tat-tieni millennju u l-bidu tat-tielet millennju ssir realt'�.

Hu irringrazzja lil kulmin kien involut fix-xogħlijiet kollha li saru, b'mod partikolari l-ħaddiema, kemm tal-Gvern kif ukoll tal-privat, għas-sehem sħiħ li taw u qal li m'għandu l-ebda dubju li dawn iħossuhom kburin li kellhom sehem f'dan il-pro'ett

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow