STQARRIJA MILL-MINISTERU TAS-SAHHA
B'dak li qal il-bierah quddiem ic-Centru tas-Sahha ta' Bormla, il-Kap ta' l-Oppozizzjoni kkonferma li ghalih huwa aktar importanti li lill-poplu ittih ix-xinxilli milli toffrilu servizz ta' kwalità u livell xieraq.
Dr. Sant ilbierah qal li l-Gvern ghazel l-aktar decizjoni facli u ghalhekk ghazel li matul il-lejl tlett Centri tas-Sahha jinzammu maghluqa u s-servizz ikun offrut mill-kumplament tac-centri l-ohra. Din id-decizjoni ittiehdet fid-dawl li fic-Centri tas-Sahha hemm bzonn 105 tabib biex ikun offrut servizz ta' kwalità fuq medda ta' 24 siegha kuljum, madankollu illum hemm 69 tabib jahdmu fic-centri, kwazi nofs dak li hemm bzonn. X'inhu l-aktar importanti ghall-Kap ta' l-Oppozizzjoni li tiftahar li ghandek ic-centri kollha miftuha jew li qed tiggarantixxi servizz denju ghall-poplu Malti?
In-nuqqas ta' tobba ilu jezisti ghal dawn l-ahhar snin, problema li lanqas l-Amministrazzjoni precedenti ma sabet soluzzjoni ghaliha. Il-kummissjoni mahtura mill-ex Ministru tas-Sahha dwar is-servizz fic-Centri tas-Sahha ukoll kienet qed tiddiskuti l-possibiltà li jinghalqu xi Centri tas-Sahha bil-lejl. Il-Gvern precedenti ma lahaqx ha decizjoni dwar din il-proposta ghax kien Gvern li spicca qabel iz-zmien u mhux ghax ma accettax din il-proposta.
Il-Kap ta' l-Oppozizzjoni interpreta kif ried il-weghdiet elettorali li dan il-Gvern ghandu mandat fuqhom mill-maggoranza assoluta tal-poplu Malti. Il-Kap ta' l-Oppozizzjoni naqas li jghid li matul din il-legislatura, jgifieri fi tmintax –il xahar, inhatru zewg konsulenti ohra tal-Medicina, biex jahdmu fil-Kura Primarja; gie introdott servizz gdid maghruf bhala postal service li jwassal il-Medicini fil-Bereg jew Centri tas-Sahha minn fejn ikunu jistghu jingabru mill-pazjenti. Tnehha wkoll il-bzonn ta' tigdid tal-Kartuna s-Safra (Schedule V) li meta timtela, tista' tinbidel minghajr il-bzonn ta' xi appuntament ma' konsulent kif kien isir qabel. Gew imnedija Quality Service Charters fic-Centri tas-Sahha tal-Furjana u f'Hal Qormi, kif ukoll fl-Ispeech language Department u d-Drug Control Unit.
Mhux minnu li l-poplu mhux ser ikun moqdi mic-Centri tas-Sahha matul il-lejl. Anzi bid-decizjoni li ttiehdet il-poplu hu garantit servizz ta' livell u kwalità ahjar milli kien jircievi sal-lum u dan minhabba li matul il-lejl ser ikun hemm koncentrament akbar ta' tobba fic-Centri tas-Sahha.
Il-bierah il-poplu rega' assista ghal konferma kemm l-Oppozizzjoni, flok tipprova tifhem dak li jkun qed isir fl-ahjar interess tal-pazjent, tmur fuq l-emozzjonijiet tal-poplu biex tipprova takkwista xi vantagg. Kienet tkun haga aktar kredibbli kieku l-Kap ta' l-Oppozizzjoni offra alternattivi milli semma skema li ghamel il-Gvern precedenti fic-Centri tas-Sahha fejn il-poplu kien qed ikun mghoqdi minn tobba anzjani.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN