Left arrow Go Back

FIERI KUMMERCJALI FEJN JINBIEGHU PRODOTTI PROPRJETA` TA? BARRANIN

PR0560
Date Icon 03/05/2000

FIERI KUMMERĊJALI FEJN JINBIEG'�U PRODOTTI PROPRJETA` TA' BARRANIN

Fil-passat kien hemm okkażjonijiet fejn fieri kummerċjali kienu qed ji'u organizzati lokalment iżda li fihom kien qed isir bejgħ ta' prodotti minn negozjanti barranin. Dawn il-prodotti, għalkemm importati Malta, ikunu fil-fatt propjeta` tal-barranin. Il-fiera tkun imbagħad okkażjoni fejn dawn il-barranin ibiegħu l-merkanzija taghhom stess. Dawn il-fieri jispiċċaw bħala suq miftuħ għal diversi baranin li ji'u Malta għal dan l-iskop biss, għal dan iż-żmien qasir u jikkompetu b'mod in'ust man-negozjant Malti, li s'issa m'għandu l-ebda rimedju biex inaqqas din il-kompetizzjoni n'usta. Min-naħa l-oħra, il-konsumatur Malti ma jkollu l-ebda protezzjoni wkoll, bħal ngħidu aħna garanzija tal-prodott u ‘after sales service', għax dawn in-negozjanti jippakkjaw u jitilqu.

Fieri ta' dan it-tip mhux ser jingħatalhom permess aktar biex ji'u organizzati. Il-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi, permezz ta' l-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari, l-Onorevoli Edwin Vassallo, qed javża li fieri li ser iservu ta' paraventu/skuża biex barranin ji'u jbiegħu hawn Malta mhux ser jitħallew jinżammu aktar. Kif jinsabu r-regolamenti bħalissa, barranin ma jistgħux ji'u jbiegħu hawn Malta.

F'komunikat lill-Kummissarju tal-Pulizija, l-Onorevoli Vassallo avżah dwar din id-deċiżjoni u oħrajn kif gej:

1. li fieri kummerċjali għandhom jinżammu biss fi swali ta' esebizzjoni li jkunu hekk liċenzjati mill-Pulizija;

2. li l-attivita` ta' bejgħ ikollha l-permessi meħtie'a għal dan l-iskop.

L-għan ta' dawn id-deċiżjonijiet hu li ma jkunx hawn l-ebda opportunita` fejn barranin jistaħbew wara persuni Maltin biex ikollhom iċ-ċans jidħlu u jbiegħu l-merkanzija tagħhom lill-pubbliku.

 03.05.2000

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow