Left arrow Go Back

ĦLAS TA? NOFS IL-KONTRIBUZZJONI TAS-SIGURTA` SOĊJALI LILL-BDIEWA, RAĦĦALA U SAJJIEDA

PR0519
Date Icon 25/04/2000

Il-Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd jixtieq ifakkar illi l-applikazzjonijiet għall-ħlas ta' nofs il-Kontribuzzjoni tas-Sigurta` Soċjali lill-Bdiewa, Raħħala u Sajjieda ser jagħlqu nhar il-Ġimgħa, 5 ta' Mejju 2000.

Persuni kkonċernati jridu japplikaw għal dan il-ħlas li ser ikopri l-perjodu ta' bejn Jannar u Diċembru 1999 u għal dawk li ma laħqux applikaw qabel ser jingħataw il-possibilita` li jirċievu ħlas għas-sena 1998.

Għal dan il-għan, il-bdiewa, raħħala u sajjieda li huma Self-Employed, Full-Time u membri sħaħ f'xi soċjeta` koperattiva, japplikaw fil-ħin tal-uffiċċju f'xi wieħed mill-Uffiċini tal-Extension Service li hemm il-Mosta, ir-Rabat, is-Si''iewi u '�aż-Żabbar, Malta u fil-każ ta' Għawdex fl-uffiċċju Ċentrali, Rabat, Għawdex, waqt il-ħin tax-xogħol.

Dawk kollha li applikaw fis-snin ta' qabel u li huma ntitolati għall-ħlas għas-sena 1999 u fejn japplika għas-sena 1998, huma mitluba biex jer'għu japplikaw mill-'did. Jekk ma ssirx applikazzjoni fil-ħin ma jkunx jista' jsir pagament.

Importanti :

Taħt ebda ċirkustanza ma ji'u aċċettati applikazzjonijiet li jaslu tard, jekk il-kontribuzzjonijiet ma jkunux imħallsa għas-sena kollha u jekk ma jkollhomx magħhom id-dokumenti kollha mitluba.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow