STQARRIJA MID-DIVIZJONI TAS-SAHHA DWAR L-AZZJONI INDUSTRIJALI FL-ISPTAR MONTE CARMELI
STQARRIJA MID-DIVIZJONI TAS-SAHHA DWAR L-AZZJONI INDUSTRIJALI FL-ISPTAR MONTE CARMELI
Id-Divizjoni tas-Sahha tinnota b'dispjacir li, ghal darb'ohra, l-unions li jirrapprezentaw l-infermiera qed jiddeciedu li jabbandunaw il-morda. Fil-waqt li jghidu illi d-deployment ser inaqqas l-infermiera mis-swali b'mod sostanzjali u b'hekk jigi perikolat il-livell ta' kura, fl-istess waqt qed jghidu li l-azzjonjiet qed jehduhom biex l-infermiera ma jkunux perikolati. Fid-decizjoni taghhom li jordnaw strike totali minghajr ma jipprovdu servizz ta' emergenza, jidher car li ma taw l-ebda kaz tal-marid.
Kif jidher car fit-tabella annessa ma' din l-istqarrija, id-Divizjoni fil-waqt illi poggiet skill mix, ta' professjonisti b'maggoranza kbira ta' infermiera f'dawk is-swali fejn hemm akuti, qed tipprovdi numru anqas ta' infermiera b'numru akbar ta' carers f'dawk is-swali fejn ir-residenti jehtiegu biss supervizjoni minima. Din it-tabella turi wkoll li dak li qed jigi definit mill-unions bhala servizz ta' emergenza jipprovdi numru ta' infermiera minn dak li jezisti llum li bih l-infermiera huma kuntenti.
Minn meta giet implimentata s-sistema gdida ta' level 1 u level 2 supervision, f'Marzu 1999 il-proporzjon ta' overtime biex jigi provdut dan is-servizz naqas b'10% ghal madwar 40%, fil-waqt li gholiet b'mod sostanzjali l-ispiza direttament konnessa man-nuqqas ta' flessibilita` li tigi mhaddma fl-Isptar Monte Carmeli.
L-ezercizzju ta' klassifikazzjoni inbeda fl-1996 u l-unions jafu liem huma dawk is-swali li huma akuti, liema huma dawk medium stay, liema huma dawk li fihom hemm pazjenti li jinhtiegu kura medika fit-tul u liema huma dawk li fihom ir-residenti jieklu u jorqdu biss ghax m'ghandhom akkomadazzjoni alternattiva. Il-pazjenti ta' l-isptar komplew jigu klassifikati skond dawn il-htigijiet u hekk ser jibqa' jsir fuq perjodu ta' xhur sakemm kull sezzjoni ikollha dawk l-pazjenti li hija mharrga biex tiehu.
Fuq l-espejenza estensiva barra l-pajjiz u fuq esperjenza aktar limitata f'pajjizna qatt mhu tajjeb illi timbotta aktar milli jifilhu pazjenti biex jinhargu ‘l barra minn sptar mentali. Dan ghaliex tista' tinholoq sitwazzjoni fejn dawn il-morda ikunu suggetti ghal stress li ma jifilhux ghalih u b'hekk tehzien il-kundizzjoni taghhom. Il-pjan fit-tul ghal dawn it-tip ta' morda huwa li jinholqu djar residenzjali sheltered fil-komunita`. Id-Divizjoni taf li minn issa jekk trid tista' tibda process li permezz tieghu tiddikjara swali fejn jinzammu morda li ghandhom biss htigijiet ta' housing socjali bhala residenzi u ghaldaqstant tapplika ghal dawn is-swali l-livelli ta' skill mix li hemm, per ezempju, fl-Isptar San Vincenz jew fid-djar residenzjali ta' l-anzjani, minghajr ma toqghod tistenna li jkun hemm dawn id-djar residenzjali fil-komunita`. Peress illi d-Divizjoni weghdet li ma tittrasferi lil hadd mill-infermiera ezistenti 'l barra mill-Isptar Monte Carmeli, id-decizjoni li numru ta' swali jigu dikjarati residenzi giet posposta. Dan ghaliex ukoll ser ikun awtomatikament possibbli li taghmel dan fuq numru ta' snin meta jibdew jonqsu l-infermiera f'dan l-isptar minhabba li jirtiraw bl-eta`. Din hija r-raguni ghalfejn, fil-waqt li l-ezercizzju ta' klassifikazzjoni baqa ghaddej, id-Divizjoni ma komplietx timplimenta l-process ta' dikjarar ta' swali bhala residenzi.
Id-deployment propost huwa sitwazzjoni intermedja li fil-waqt li tissalvagwardja l-htigijiet tal-morda, tassigura li r-rizorsi umani u finanzjarji jigu uzati b'mod ghaqli ghall-gid tal-marid u minghajr hela a skaptu ta' min ihallas it-taxxi. Id-deployment tad-Divizjoni tas-Sahha fil-waqt li joffri numru akbar ta' infermiera fis-servizzi akuti milli qed jitolbu ghalih il-unions, f'dawk is-swali fejn il-workload hija baxxa qed jigi assigurat numru adegwat ta' professjonisti u carers li jilhqu sew u jibbilancjaw b'mod aktar realistiku l-htigijiet ta' nursing u l-htigijiet ta' kura personali ez. Hasil tal-pazjent u provediment ta' l-ikel.
Id-Divizjoni tas-Sahha tirriafferma illi l-flessibilita` mhiex negozzjabbli imma f'dan l-isfond tkun lesta li tasal biex tiddiskuti diversi punti li tqajmu mill-istess unions fil-korrispondenza taghhom mad-Divizjoni.
Table Follows …/…
N.B. FOLLOWING TABLE REPLACES TABLE HANDED OUT DURING THIS AFTERNOON'S PRESS CONFERENCE
DEPLOYMENT OF NURSING STAFF AT MOUNT CARMEL HOSPITAL
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN