STQARRIJA TAL-MINISTERU TAL-POLITIKA SOCJALI
STQARRIJA TAL-MINISTERU TAL-POLITIKA SOCJALI
B'riferenza ghall-istqarrija mill-Kelliema Kongunti ghall-Affarijiet Socjali, Dr. Karl Chircop u Ms Marie Louise Coleiro, il-Vici Prim Ministru u Ministru ghall-Politika Socjali Lawrence Gonzi jixtieq jinforma lill-Onorevoli Chircop u Coleiro li ghal kull mistoqsija li huma staqsew, huwa diga ta r-risposta necessarja waqt il-hin tal-Mistoqsijiet Parlamentari.
Madankollu, ta' min jinnota li l-istqarrija tal-Kelliema ta' l-Oppozizzjoni hija mimlija inezattezzi u affarijiet li mhumiex minnhom. Ghaldaqstant, il-Ministru Lawrence Gonzi jixtieq jiccara dan li gej:
L-ghazla ta' Kap Ezekuttiv saret wara sejha pubblika skond il-proceduri stabbiliti pubblikament. Dan ifisser li s-Sur Camilleri kien kontestant minn numru ta' persuni li ghazlu li japplikaw ghall-post ta' Deputat Kap Ezekuttiv tal-Korporazzjoni. Il-Bord tal-Ghazla gie mwaqqaf mill-Bord tal-Korporazzjoni.
Il-hatra tas-Sur John Camilleri bhala Kap Ezekuttiv tal-Korporazzjoni ghax-Xoghol u Tahrig saret mill-Ministru fuq ir-rakkommandazzjonijiet tal-Bord tal-Korporazzjoni. Dan il-Bord huwa mwaqqaf skond il-ligi u huwa maghmul mill-partijiet socjali kollha tal-pajjiz.
Is-Sur Robert Laurenti qatt ma gie mitlub jirrizenja mill-kariga tieghu. Ghall- kuntrarju ta' dan, is-Sur Laurenti gie mitlub jiehu xoghol importanti fil-qasam koperattiv. Kien f'dan il-kuntest li l-ghazla ta' Deputat Kap trasformat ruhha f'wahda ta' Kap Ezekuttiv. Kien ukoll f'dan il-mument li s-Sur Laurenti talab ghall-kumpens kif huwa stabbilit fil-kuntratt, wara li huwa stess hass li m' ghandux jibqa' jokkupa l-kariga ta' Kap Ezekuttiv tal-Korporazzjoni.
Il-Ministru Gonzi jinnota li l-Kelliema ta' l-Oppozizzjoni ghal darb'ohra wrew li huma aktar mohhom biex jipprovaw jimminaw l-operat ta' l-istituzzjonijiet stabbiliti tal-Gvern milli jippruvaw jippartecipaw b'mod kostruttiv biex il-pajjiz ikun jista' jirbah l-isfidi li ghandu quddiemu.
D.O.I. 13.4.2000
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN