DEPLOYMENT TA? NURSES FL-ISPTAR MONTE CARMELI
Dan li jsegwi huwa t-test ta' ittra li ntbaghtet illum mid-Direttur Generali tas-Sahha, Dr. Ray Busuttil, lill-MUMN, lill-UHM u lill-GWU rigward id-deployment ta' nurses fl-Isptar Monte Carmeli, bi twegiba ghall-ittra li rcieva minghandhom -
11 ta' April 2000
Mr. C. Galea
Segretarju
Malta Union of Midwives and Nurses
Mr. J. Briffa
Segretarju Taqsima Haddiema fl-Isptarijiet
UHM
Ms J. Attard Sultana
Segretarja Taqsima Servizzi Pubblici
General Workers Union
DEPLOYMENT TA' NURSES FL-ISPTAR MONTE CARMELI
Nirreferi ghall-ittra taghkom ta' aktar kmieni dalghodu.
Kif ghidt waqt il-laqgha taghna tal-bierah, id-deployment tan-nurses kif imfassal mid-Divizjoni huwa bbazat fuq il-firxa ta' pazjenti fid-diversi swali fl-Isptar Monte Carmeli kif hija illum. Dan ghamiltu car ukoll lis-Sur Colin Galea waqt telefonata l-bierah filghaxija.
Kif ghidt ukoll il-bierah, il-proposti taghkom kienu gew diskussi f'laqghat li kellna f'April u Mejju u dak iz-zmien ma kien intlahaq l-ebda ftehim b'mod partikolari dwar il-formazzjoni ta' reliever pool.
Tajjeb li jigi ccarat li l-proposti taghkom tat-30 ta' Marzu kienu jikkoncernaw deployment ta' staff fis-swali kif inhuma llum u qatt ma sar accenn ghal klassifikazzjoni dak iz-zmien. Ma narax kif issa din iddahhlet bhala parti mid-diskussjonijiet jekk mhux biex jittawlu d-diskussjonijiet.
Id-Divizjoni temmen li l-klassifikazzjoni tal-pazjenti qieghda ssir bhala parti mill-process tar-riforma u din tkun mifruxa fuq numru ta' xhur. In-numru ta' nurses li jkun hemm bzonn fis-swali wara li jsir dan il-process ghandu jigi stabbilit f-dak il-mument.
Ghaldaqstant nerga' ntenni l-offerta tieghi biex tibghatu l-kummenti taghkom dwar il-proposta tad-Divizjoni fit-terminu ta' zmien indikat fl-ittra tieghi tal-bierah.
R. BUSUTTIL
Direttur Generali tas-Sahha
DOI 11.04.2000
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN