Left arrow Go Back

PREŻENTAZZJONI TA? CD-ROM INTERATTIVA MILL-AĠENZIJA SEDQA LILL-KUNSILLI LOKALI

PR0450
Date Icon 11/04/2000

PREŻENTAZZJONI TA' CD-ROM INTERATTIVA MILL-AĠENZIJA SEDQA LILL-KUNSILLI LOKALI

Il-Kap Eżekuttiv ta' l-A'enzija Sedqa, s-Sinjura Sina Bugeja dal-għodu ppreżentat numru ta' kopji ta' CD-ROMs interattivi lill-President ta' l-Assoċazjoni tal-Kunsilli Lokali Dr. Ian Micallef f'isem il-Kunsilli Lokali kollha.

F'kelmtejn, Ms. Bugeja qalet li din is-CD-ROM, intitolata T.F.A.L. – Tfal Favur Ambjent Liberu – hija CD-ROM li permezz ta' programm b'pupazzi, karattri u sitwazzjonijiet, it-tfal jitghallmu jkunu aktar assertivi u jkunu kapaċi jgħidu le meta ffaċjati b'ċerti sitwazzjonijiet. Dan il-programm huwa bbażat fuq il-programm BABES li s-Sedqa toffri fit-tielet sena tal-iskejjel primarji.

"Diversi studji wrew li l-abbuż mid-droga huwa relatat man-nuqqas ta' l-abilit'� tal-persuna li tgħid le," kompliet Ms. Bugeja. Hija qalet li din l-inizjattiva hija l-ewwel waħda li qed issir bejn l-A'enzija Sedqa u l-Kunsilli Lokali. Hi tenniet li l-A'enzija Sedqa m'għandha l-ebda prerogattiva fuq tagħlim jew ħidma kontra l-abbuż mid-droga u l-akoħol u tittama li din il-kollaborazzjoni mal-Kunsilli Lokali tkun l-ewwel inizjattiva minn ħafna.

Il-President ta' l-Assoċazzjoni tal-Kunsilli Lokali, Dr. Ian Micallef, qal li huwa pożittiv li l-Kunsilli Lokali qed jifhmu dejjem aktar l-impenn tagħhom fil-qasam ta' l-edukazzjoni u tal-ħidma soċjali. Huwa qal li l-għotja ta' dawn is-CD-ROMs tidħol tajjeb mal-ħidma li di''� għamlu diversi Kunsilli Lokali fejn daħlu għat-tmexxija tal-Libreriji Lokali u Re'jonali.

Huwa ttama li l-kollaborazzjoni bejn l-A'enzija Sedqa u l-Kunsilli Lokali tkompli tikber għall-'id tar-residenti tagħhom.

Id-Direttur tad-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali s-Sur Victor J. Rizzo, attenda għal din il-preżentazzjoni f'isem il-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali Dr. Austin Gatt, li ma setgħax jattendi minħabba li kien indispost.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow