Left arrow Go Back

IL-MINISTRU TAL-ĠUSTIZZJA U GVERN LOKALI JINDIRIZZA KONFERENZA INTERNAZZJONALI FIT-TURKIJA

PR0445
Date Icon 10/04/2000

IL-MINISTRU TAL-ĠUSTIZZJA U GVERN LOKALI JINDIRIZZA KONFERENZA INTERNAZZJONALI FIT-TURKIJA

Il-Ministru għall-Ġustizzja u Gvern Lokali Dr. Austin Gatt, fi tmiem il-'imgħa rritorna minn żjara f'Istanbul fit-Turkija, fejn attenda Konferenza dwar "Ir-Rwol ta' l-Awtoritajiet Lokali fil-Qasam tas-Servizzi Soċjali fuq bażi lokali" organizzata mill-Kunsill tal-Ewropa.

Fid-diskors tiegħu, il-Ministru Gatt qal li l-pjan tal-Ministeru huwa dak li jniedi pjan mifrux fuq tliet snin, li matulhom jintroduċi l-għoti tas-servizzi soċjali fuq bażi re'jonali u lokali. Hu qal li fost is-servizzi li qed ikunu mmirati hemm il-qasam ta' l-akkomodazzjoni soċjali, servizzi relatati ma' l-abbuż mid-droga, mal-vjolenza domestika, mal-persuni b'diżabilit'� u l-anzjani.

Dr. Gatt qal li l-ħidma tal-Ministeru se tkun ibbażata fuq tlett fatturi: dak tal-għoti ta' informazzjoni lil a'enziji nazzjonali dwar il-fiżjonomija tal-problema partikolari fil-lokalit'�; dak li l-Kunsilli Lokali tagħna jkunu huma li jibdew servizzi 'odda marbuta direttament mal-problemi fil-lokalit'�; u dak li jiffaċilita l-għoti ta' servizzi eżistenti.

Intant, id-delegazzjoni Maltija kellha diversi laqgħat importanti fosthom dik mal-Ministru ta' l-Intern tat-Turkija Sadettin Tantan, mal-Ministru tar-Repubblika Irlandiża responsabbli mill-Gvern Lokali Robert Molloy, mal-Ministru ta' l-Intern ta' Ċipru Christodoulous Christodolou u mal-Ministru ta' l-Intern tas-Slovenja Bozo Grafenauer.

Fost it-temi diskussi, iż-żew' naħat tkellmu dwar koperazzjoni f'diversi oqsma bħal m'huma l-infurzar lokali, id-deċentralizzazzjoni, is-sistema elettorali – b'mod speċjali dik tas-Sindku - u kif ukoll dwar pro'etti soċjali.

10.04.2000

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow