IMNIEDI L-QUALITY SERVICE CHARTER FID-DIPARTIMENT GHALL-HARSIEN TA' L-ANZJANI
IMNIEDI L-QUALITY SERVICE CHARTER FID-DIPARTIMENT G'�ALL-'�ARSIEN TA' L-ANZJANI
Dalgħodu, id-Direttur fid-Dipartiment ghall-'�arsien ta' l-Anzjani, is-Sur Michael Bezzina, ippreżenta uffiċjalment kopja tal-Quality Service Charter li 'ie mniedi mid-Dipartiment, lis-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru għall-Politika Soċjali, Dr Antoine Mifsud Bonnici.
Is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru għall-Politika Soċjali Dr. Antoine Mifsud Bonnici tkellem fuq l-importanza tal-Quality Service Charter imniedi mid-Dipartiment għall-'�arsien ta' l-Anzjani biex il-policy tal-Gvern ikollha suċċess f'dan il-qasam hekk importanti fis-soċjeta` Maltija.
Dr. Mifsud Bonnici qal li kwalita' tal-għixien ta' kull persuna hija l-kejl ta' kemm hi effettiva politika soċjali sana. L-anzjani jixirqilhom post speċjali fis-soċjeta`, dan għaliex irridu nagħrfu u nirrispettaw il-kontribut li taw l-anzjani. '�alhekk irridu niżguraw l-għola livell ta' għixien għalihom. Barra minn hekk, nemmnu ukoll li l-anzjan huwa ħolqa importanti fl-ekonomija nazzjonali. L-anzjani għandhom ħafna x'jistgħu jagħtu għall-ħolqien u tkabbir tal-'id komuni.
Dr. Mifsud Bonnici enfasizza li l-politika tal-Gvern preżenti dwar l-anzjani hi bbażata fuq it-twemmin li l-aħjar post għall-persuna anzjana hi f'darha stess. Kien għalhekk li l-Gvern ħoloq diversi servizzi għall-anzjani fil-komunita', bhal ma' huma dawk tat-Telecare, Home Help, Handyman u oħrajn biex ikunu ta' għajnuna għall-anzjani biex jibqgħu jgħixu f'darhom sakemm hu possibbli. Huwa għalhekk li l-Gvern qiegħed jagħti prijorita` biex is-servizzi fil-komunita` ji'u estiżi u jitjiebu. Fl-istess waqt il-Gvern irid izomm quddiem għajnejh li hemm diversi anzjani li ma jistgħux jgħixu weħidhom f'darhom stess l-aktar jekk ma jkollhomx familjari li jistgħu jduru bihom. Ghaldaqstant il-Gvern irid jaħseb ukoll f'dawn il-persuni billi jipprovdi rikoveru residenzjali li jissodisfa l-ħti'ijiet bażiċi u jħares id-dinjita` ta' dawn l-anzjani.
Dr. Mifsud Bonnici spjega li l-Gvern preżenti mis-sena li għaddiet beda jattwa l-policy li s-servizzi kollha li jagħmlu uzu minnhom l-anzjani huma eli'ibbli wkoll għall-persuni bi bżonnijiet speċjali anke jekk dawn m'humiex anzjani, skond kif dan 'ie mwiegħed fil-programm elettorali. Dawn is-servizzi qed jiswew lil Gvern miljuni ta' liri u għalhekk huwa importanti li wieħed jagħmel użu minnhom kif inhu xieraq. M'għandux ikun hemm ħela u lanqas għandu li min mhuwiex intitolat għal xi servizz jippretendi li għandu jagħmel użu minnu. Huwa spiċċa biex appella lil kulħadd iżda speċjalment lill-Kunsilli Lokali biex jagħmlu l-aħjar użu minn dan il-Quality Service Charter biex inkomplu nipprovdu l-aħjar lill-anzjani u l-persuni bi bżonnijiet speċjali.
Id-Direttur tad-Dipartiment għall-'�arsien ta' l-Anzjani, is-Sur Michael Bezzina, kompla jgħid illi d-Dipartiment ħaseb li, biex il-pubbliku jinqeda aħjar, ti'i addottata policy ta' One Stop Shop, post wieħed fejn l-anzjani jkunu jistgħu japplikaw għas-servizzi kollha li għalihom huma eli'ibbli. Applikazzjonijiet għad-diversi servizzi maħsuba għall użu mill-anzjani jkunu jistgħu jin'abru minn diversi postijiet qrib tagħhom, bħalma huma l-Kunsilli Lokali u l-uffiċċji distrettwali tas-Sigurta` Soċjali. Għall-kumdita` ta' l-individwu, formoli ta' applikazzjoni jistgħu anki jintbagħtulu d-dar bil-posta.
Is-Sur Bezzina ħabbar ukoll illi tlesta Ċentru ta' Matul il-Jum ieħor, din id-darba f'Bormla. Dan mistenni jinfetaħ fil-'imgħat li 'ejjin. Iktar tard din-sena, imbagħad, għandu jinfetaħ ċentru ieħor f''�al Luqa. Il-Gvern qed jaddotta sistema fejn, bi ftehim u kooperazzjoni mal-Kunsilli Lokali, jinfetħu ċentri għal matul il-jum. Bl-istess mod, kompla jgħid, mistenni jintlaħaq livell ta' kooperazzjoni mas-settur privat biex jitkabbar in-numru ta' residenzi għall anzjani. Hu maħsub li b'hekk ir-rwol tal-Gvern imbagħad jevolvi f'wieħed ta' regolatur.
DOI 07.04.2000
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN