DISKORS MILL-MINISTRU TAL-BIEDJA U SAJD
Diskors mill-Onorevoli Perit Ninu Zammit, Ministru tal-Biedja u Sajd, fl-okkazjoni ta' l-inawgurazzjoni tal-Fiera Specjalizzata – Green Week 2000 Il-Hamis, 6 ta' April 2000.Korporazzjoni tal-Fieri ta' Malta, Naxxar.
Sinjuri,
Huwa bi pjacir li jien ilqajt l-istedina li nippartecipa fl-inawgurazzjoni ufficjali tal-Fiera specjalizzata li tittratta dwar il-gonna u l-biedja, maghrufa bhala l-"Green Week Fair". Il-Ministeru tieghi, kif ghamel ukoll is-sena l-ohra u f'xi snin ohrajn qabel, ha hsieb itella padiljun informattiv li jittratta dwar l-importanza ta' l-Agrikultura ghal pajjizna. Meta nirreferu ghal din l-importanza, tajjeb li wiehed jaccenna fuq id-diversi aspetti ta' l-Agrikultura u l-gid li din taghmel fil-pajjiz.
Illum, l-Unjoni Ewropea taghraf dak li huwa msejjah il-Multifunctionality tal-Biedja, jigifieri il-fatt li l-Biedja ghandha hafna funzjonijiet x'taqdi lejn is-socjet'�. L-ewwel ma nqisu hemm ovvjament l-ghixien xieraq tal-bdiewa u l-familji taghhom, filwaqt li jipprovdu varjet'� ta' prodotti bnini bi prezzijiet ragjonevoli ghal konsumatur. Per'� dan m'huwiex biss dak li taghmel il-biedja. L-ambjent ta' pajjizna huwa mizmum kif inhu minhabba fil-fatt li hemm meded ta' art li qeghdin jinhadmu. Il-bidwi jzomm l-eghlieqi tieghu nodfa u jaghmel xoghol ta'manteniment regolari li permezz tieghu ahna lkoll nistghu ngawdu l-kampanja.
Irridu naghrfu wkoll il-kontribut ta' dan is-settur fil-kamp turistiku. Hija l-biedja li qed izzomm dak l-ambjent karatteristiku Malti u Ghawdxi li tant jintuza bhala pubblicit'� u attrazzjoni ghal dawk li jzuru lill-xtutna. Ma jinghaddux in-numru ta' drabi li naraw ritratti ta' eghlieqi jhaddru mdawwra bil-hitan tas-sejjieh, li jkunu qeghdin jillustraw artikli turistici jew sahansitra fuq il-faccata ta' rivisti specjalizzati fil-qasam.
Ghalhekk huwa tajjeb li kull wiehed u wahda minna japprezza iktar il-biedja, il-hidma tal-biedwi u l-kontribut imprezzabbli li dawn qed jaghtu lil pajjizna. Fit-triq li qbadna lejn shubija fl-Unjoni Ewropea, dan l-gharfien u r-rikonoxximent tal-hafna funzjonijiet li sservi l-biedja ser ikunu s-sisien ta' kull politika li ser naddottaw. Ghalhekk ghandna qalbna qawwija li b'din is-shubija, il-biedja Maltija tgawdi minn progress u modernizzar ghall-gid ta' kulhadd, kemm il-produttur kif ukoll il-konsumatur.
Nawgura li kull min izur din il-fiera jifhem iktar dwar l-importanza ta' din l-attivit'� tant essenzjali ghal pajjizna. Nawgura wkoll li din il-fiera, u b'mod partikolari l-padiljun tal-Ministeru, taghti iktar kontribut lill-process ta' titjib u mmodernizzar fis-settur tal-biedja li ghandna bzonn naghmlu fl-ahjar interessi tal-biedwi, tal-konsumatur u ta' l-ambjent Malti.
D.O.I. - 06.04.2000
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN