L-AZZJONI TAL-GWU FIL-MALTAPOST
PR0431
06/04/2000
L-AZZJONI TAL-GWU FIL-MALTAPOST
Wara l-istqarrija li ħare' aktar kmieni llum id-Dipartiment ta' l-Informazzjoni dwar l-azzjoni tal-General Workers' Union fil-Maltapost, ix-Shop Steward tal-GWU fil-Maltapost informa lill-kumpanija li minn issa l-ittri tal-pubbliku ndirizzati lill-Gvern ser jibdew jitwasslu.
L-azzjoni illegali li ħadet il-GWU fil-Maltapost wasslet biex sa dal-għodu weħlu l-posta aktar minn tmint'elef ittra li l-pubbliku kiteb lil xi Dipartiment jew ieħor tal-Gvern. Jidher li b'riżultat ta' din l-istqarrija tal-Gvern, il-GWU iddeċidiet li tmexxi dawn l-ittri.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN