Left arrow Go Back

L-AZZJONI TAL-GWU FIL-MALTAPOST

PR0425
Date Icon 06/04/2000

L-Azzjoni tal-GWU fil-Maltapost

L-azzjoni li qed tieħu l-General Workers' Union fil-Maltapost wasslet biex aktar minn tmint elef ittra li l-pubbliku kiteb lil xi Dipartiment jew ieħor tal-Gvern jinsabu mwaħħla fil-posta u għalhekk m'hux jaslu fid-destinazzjoni tagħhom.

Fost dawn l-ittri hemm numru t'ittri li l-pubbliku kiteb lid-Dipartiment ta' l-Eżamijiet u taqsimiet oħra fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni, lill-Pulizija u lill-Qrati, lid-Dipartiment tal-Kuntratti u taqsimiet oħra fil-Ministru tal-Finanzi, lill-Awtorita` tad-Djar, u lid-Dipartiment għar-Relazzjonijiet Industrijali u ta' l-Impjieg.

Iż-żamma ta' l-ittri tal-pubbliku lid-Dipartimenti tal-Gvern qed isseħħ bi ksur ta' l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Posta u tal-'urament li ħadu l-impjegati tal-posta.

Il-pubbliku għandu jkun mgħarraf li l-ittri li bagħat lid-Dipartimenti tal-Gvern f'dawn l-aħħar jiem setgħu ma twasslux fid-destinazzjoni tagħhom u li għalhekk min bagħat dawn l-ittri għandu jieħu ħsieb l-interessi tiegħu.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow