IL-GVERN LEST JINVOLVI AKTAR LILL-PRIVAT FI PROĠETTI KAPITALI
IL-GVERN LEST JINVOLVI AKTAR LILL-PRIVAT FI PROĠETTI KAPITALI
Il-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech qal li, f'konformit'� ma dak imwiegħed ukoll fil-Programm Elettorali, il-Gvern hu impenjat li jinvolvi aktar lill-privat kemm fi pro'etti ta' natura kapitali kif ukoll fit-tmexxija ta' servizzi pubbliċi.
Hu żied li kien b'dan l-iskop li l-Kunsill Konsultattiv dwar l-Industrija tal-Bini ħejja rapport dwar il-kunċett tal-Public Private Partnerships, li qed jitħaddem f'ħafna pajjiżi żviluppati, inklużi l-Istati Uniti u pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea, biex ikun magħruf kif l-istess kunċett ikun żviluppat ukoll lokalment.
Il-Ministru Zammit Dimech kien qed jitkellem waqt preżentazzjoni li saritlu miċ-Chairman tal-Kunsill Konsultattiv dwar l-Industrija tal-Bini, Robert Musumeci, tar-rapport dwar l-applikazzjoni tal-Public Private Partnerships f'Malta. Ir-rapport sar mid-ditta PriceWaterhouseCoopers. Għall-preżentazzjoni attendew ukoll membri tas-sotto kumitat li nħatar apposta biex jevalwa l-materja.
Il-Ministru għall-Ambjent fakkar li għal diversi snin l-ekonomija tal-pajjiż kienet spiċċat kważi kontrollata għal kollox mill-Istat, fejn ħafna kienu jaħsbu li kollox għandu jiddependi mill-Gvern. Hu żied li dan il-Gvern, li dejjem emmen f'ekonomija ħielsa, ħadem bis-sħiħ mhux biss biex jilliberalizza iżda wkoll biex joħloq opportunitajiet 'odda ta' parteċipazzjoni diretta mill-privat f'kull qasam ta' l-ekonomija tal-pajjiż.
Hu qal li dan il-Gvern jemmen ħafna fis-settur privat u dan wrieh di''� f'inizjattivi ta' privatizzazzjoni kif ukoll fit-tmexxija u fil-provvista ta' servizzi bħalma qed ji'ri, fost l-oħrajn, fit-tmexxija ta' djar ta' l-anzjani u fil-provvista ta' ikel fl-isptarijiet. Il-Gvern issa jrid li jwessa' dan il-kunċett ta' sħubija bejn is-settur pubbliku u dak privat anki fit-twettiq ta' pro'etti kapitali.
Il-Ministru Zammit Dimech spjega li l-prinċipju tal-Public Private Partnerships hu li jkunu finanzjati, ippjanati u mwettqa bejn il-Gvern u l-privat pro'etti li tradizzjonalment kienu kunsidrati li jaqgħu għal kollox taħt ir-responsabbilt'� tal-Gvern.
Hu semma li biex dan il-kunċett ikun jista' jibda jitħaddem lokalment tkun meħtie'a reviżjoni fil-li'ijiet eżistenti, fosthom dawk dwar it-trasferiment u pussess ta' proprjet'�. Barra minn hekk, tkun trid titwaqqaf l-istruttura meħtie'a magħmula minn uffiċjali kwalifikati mis-settur pubbliku u oħrajn mis-settur privat biex tassigura l-aħjar tħaddim ta' dan il-kunċett f'pajjiżna.
Hu qal li hemm diversi oqsma fejn din is-sħubija bejn il-Gvern u l-privat titwettaq b'suċċess. Hu semma li di''� waslu biex jibdew jitwettqu pro'etti mill-privat li tradizzjonalment kien jidħol għalihom jew għal parti minnhom il-Gvern. Dawn jinkludu l-pro'ett tal-Kottonera u dak ta' Manoel Island u Tign'�, fejn l-iżvilupp jinkludi l-bini ta' yacht marinas li sal-lum saru dejjem mill-Gvern, u l-pro'ett tat-terminal tal-cruiseliners fil-Port il-Kbir.
Il-Ministru Zammit Dimech żied li qed tkun mistħarr'a l-possibbilt'� li dan il-kunċett jibda jitwettaq fil-qasam tad-djar billi l-Gvern jibda jinvolvi lill-privat, fost l-oħrajn, fi twaqqigħ ta' bini abbandunat u kerrejiet u l-bini minflokhom ta' appartamenti għal użu soċjali. Hu qal li hemm oqsma oħra fejn dan il-kunċett jista' jitwettaq b'suċċess, fosthom il-bini ta' oqsma industrijali, faċilitajiet edukattivi u sportivi, faċilitajiet għall-ipparkjar ta' vetturi, it-tmexxija ta' impjanti tar-riċikla'' u għat-tisfija tad-drena'', u anki fil-bini u manutenzjoni ta' toroq.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN