Left arrow Go Back

TAĦDIDIET DWAR IT-TMEXXIJA TA' ŻEWĠ RISERVI NATURALI

PR0394
Date Icon 29/03/2000

TA'�DIDIET DWAR IT-TMEXXIJA TA' ŻEWĠ RISERVI NATURALI

Bħalissa għaddejjin taħdidiet bejn id-Dipartiment għall-'�arsien ta' l-Ambjent u l-Birdlife Malta dwar it-tmexxija, min-naħa tal-BirdLife, tar-riservi naturali tal-Għadira u tas-Simar.

Dan qalu l-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech meta dalgħodu żar ir-riserva naturali tal-Għadira, fejn kien ippreżentat minn uffiċjali tal-BirdLife bi kopja tal-ktieb Important Bird Areas of Europe: Priority Sites for Conservation, maħru' mill-BirdLife International. Dan il-ktieb, li tnieda llum stess mill-BirdLife International fil-Parlament Ewropew fi Brussel, fih kontribuzzjonijiet mill-fergħat kollha tal-BirdLife fl-Ewropa, inkluż dik Maltija.

Il-Ministru Zammit Dimech fakkar li r-riserva naturali tal-Għadira kienet l-ewwel waħda li nfetħet f'Malta bl-għajnuna tal-BirdLife u kienet inawgurata fl-1988. Hu żied li din ir-riserva isservi mhux biss bħala post għall-ħarsien tal-għasafar, annimali oħra u pjanti, iżda wkoll bħala post fejn il-pubbliku jitgħallem japprezza s-sbuħija tan-natura. Fil-fatt, aktar minn 5,000 ruħ iżuru din ir-riserva matul is-sena, fosthom tfal ta' l-iskola li għalihom jkunu organizzati żjajjar edukattivi.

Hu semma li hemm il-ħsieb li r-riserva naturali tas-Simar ma ddumx ma tinfetaħ ukoll għall-pubbliku, tant li bħalissa hemm għall-konsiderazzjoni ta' l-Awtorit'� ta' l-Ippjanar applikazzjoni biex jinbena ċentru għall-viżitaturi.

Il-Ministru Zammit Dimech qal li l-fatt li l-Gvern hu favur li jgħaddi f'idejn il-BirdLife t-tmexxija diretta, bl-għajnuna finanzjarja tal-Gvern, ta' dawn iż-żew' riservi naturali, juri l-impenn li jikkoopera b'mod attiv ma' l-organizzazzjonijiet mhux governattivi u li jafdahom bit-tmexxija ta' postijiet ta' importanza arkeolo'ika jew naturali.

Hu irrifera wkoll għall-proċess ta' djalogu li ilu għaddej għal dawn l-aħħar xhur bejn għaqdiet ta' ambjentalisti u għaqdiet li jirrappreżentaw lill-kaċċaturi u qal li filwaqt li l-estremitajiet u l-konfrontazzjonijiet huma ħżiena għal kulħadd, kulħadd għandu jirrispetta l-fehmiet ta' ħaddieħor u jsib bilanċ. Hu għamilha ċara li l-Gvern mhux se jittollera ksur tal-li'i, tant li f'dawn il-'ranet żdied l-infurzar biex ikunu rispettati r-regolamenti marbuta mal-kaċċa.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow