DOKUMENT LI TQASSAM ILLUM WAQT KONFERENZA TA' L-AHBARIJIET MOGHTIJA MILL-PRIM MINISTRU FL-UFFICCJU TIEGHU FIL-PARLAMENT
Il-ftehim li gie iffirmat l-bierah bejn l-MIA, il-GWU u l-UHM ikkonkluda tilwima industrijali li kienet ilha li bdiet sa mit-8 ta' Mejju 1998 meta l-GWU talbet lill-MIA biex tinghata s-sole recognition peress li sostniet li kienet tirraprezenta l-maggoranza tal-haddiema impjegati ma' din il-kumpannija. Dik it-tilwima kienet wasslet ghall-incidenti li nqalghu fl-20 ta' Awissu b'rabta ma' l-azzjonijiet industrijali li ttiehdu mill-GWU fl-ajruport.
L-incidenti kienu nqalghu ghaliex haddiema membri tal GWU ma riedux ihallu haddiema ohra l-libert'� li jidhlu ghax-xoghol, kif kellhom id-dritt li jaghmlu. Saret ukoll hsara fl-ambulanzi u fil-vetturi tat-tifi tan-nar li gew segwiti b'incidenti ohra fil-Marsa waqt li l-Pulizija kienu qieghdin jaqdu dmirhom.
Wara dan saret inkjesta magisterjali, u skond il-ligijiet tal-pajjiz, bdew proceduri fil-Qorti Kriminali tal-Magistrati kontra numru ta' haddiema u ufficjali tal-GWU.
Minn dak in-nhar sallum, il-GWU ma waqfitx titlob lil Gvern biex isib mod kif jirrizolvi t-tilwima industrijali u jwaqqaf il-proceduri kriminali li kienu qed jittiehdu kontra l-haddiema u l-ufficjali tal-GWU. Dawn it-talbiet gew ripetuti f'korrispondenza li l-Gvern ircieva minghand ghaqdiet u assocjazzjonijiet internazzjonali li wkoll talbu lil Gvern biex jiehu l-inizjattiva u jwaqqaf il-proceduri kriminali.
Il-Gvern spjega ripetutament li l-uniku mod kif hu stess (i.e. il-Gvern) seta' jwaqqaf dawn il-proceduri kien biss permezz ta' rakkomandazzjoni ghal mahfra. Dan il-punt gie ripetut ghal darb'ohra lill-ufficjali tal-GWU fl-ahhar laqgha li saret nhar il-Gimgha 24 ta' Marzu, f'Kastilja. Ghal din il-laqgha kienu prezenti Tony Zarb, James Pearsall u George Abela. F'dik il-laqgha stess, l-ufficjali tal-GWU ma kienux kapaci joffru xi alternattivi legali ohra.
Dak in-nhar stess, il-Gvern reg'� sostna li jekk tinstab soluzzjoni ghat-tilwima industrijali, huwa kien lest jikkunsidra li jirrakkomanda l-mahfra biex b'hekk jieqfu l-proceduri kriminali.
Bl-ittra tas-27 ta' Marzu, il-GWU infurmat lil Gvern li hi kienet lesta tikkonkludi l-ftehim dwar ir-rikonoxximent trejdunjonistiku fl-MIA u ziedet tghid li "Il-GWU tixtieq ittenni li hi qatt ma talbet li, permezz ta' mahfra, jitwaqqfu l-proceduri kriminali pendenti".
Il-GWU taf li l-kwistjoni ma kienetx dwar jekk kienetx qed titlob il-mahfra, izda kienet dwar kif ser jitwaqqfu l-proceduri. Il-GWU taf li l-uniku mod kif il-Gvern jista' jwaqqaf il-proceduri huwa biss permezz ta' mahfra u l-insistenza taghha biex jitwaqqfu l-proceduri ma tistax tinftiehem hlief pressjoni fuq il-Gvern biex jaghzel din it-triq b'mod unilaterali.
Mhux veru li l-Gvern dejjem semma l-mahfra fil-konfront ta' l-ufficjali tal-GWU biss. Ghal kuntrarju l-Gvern dejjem tkellem fuq soluzzjoni shiha biex il-klima ta' relazzjonijiet industrijali f'pajjizna tissahhah.
L-anqas mhu veru li l-Gvern kisser xi azzjonijiet legittimi ordnati mill-GWU. Kull ma ghamel il-Gvern kien li jipprotegi d-drittijiet tal-haddiema li riedu jidhlu jahdmu u li jiggarantixxi servizzi essenzjali ghall-pajjiz f'nofs Awissu meta kellna eluf kbar ta' turisti li riedu jaghmlu uzu mis-servizz ta' l-ajruport.
Fil-konferenza stampa Tony Zarb ghamel riferenza ghall-kaz li l-ICFTU u l-ITF ressqu quddiem l-ILO. Il-Gvern dig'� wiegeb ghal dak il-kaz u spjega c-cirkostanzi kollha filwaqt li rribatta l-allegazzjonjiet li kienu mibnija fuq informazzjoni zbaljata u mghawga ta' dak li sehh fl-20 ta' Awissu 1999.
Il-Gvern ghandu d-dmir li jfittex dejjem dak li hu fl-ahjar interess tal-pajjiz. Dan hu dmir li jaqa' wkoll fuq spallejn l-imsiehba socjali, inkluz l-ghaqdiet li jirraprezentaw il-haddiema. Jekk il-GWU ser tibqa' turi li m'hijiex kapaci taghzel l-ahjar triq ghall-pajjiz, allura hi stess tiffaccja l-kundanna tal-poplu Malti u ta' dawk li suppost qieghda tirrapprezenta.
Il-ftehim tal-bierah jikkonferma li (a) is-soluzzjonijiet jinstabu madwar mejda b'diskussjonijiet maturi u mhux b'metodi ta' zmien l-imghoddi u (b) li l-kwistjoni dwar recognition setghet issolvi ruhha kieku dak li sar il-bierah, sar xhur ilu minghajr il-bzonn ta' azzjonijiet industrijali u bl-gharfien tal-ligijiet industrijali f'pajjizna.
Dwar id-dritt ta' l-istrajk, il-GWU ghandha tammetti li dak li fthemet mal-amministrazzjoni precedenti ghandu jibqa' jsehh anke jekk inbidlet l-amministrazzjoni. Il-konsistenza titlob li ma tinbidilx il-pozizzjoni li giet innegozjata bil-ftehim tat-22 ta' April 1998, liema pozizzjoni kienet li l-haddiema involuti jibqghu jgawdu d-drittijiet tal-pensjoni, b'dan per'�, li s-servizz taghhom jigi kkunsidrat bhala servizz essenzjali u allura ma jkunux jistghu jistrajkjaw.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN