IL-MINISTRU LAWRENCE GONZI JIPPREZENTA L-JOURNEYMAN'S CERTIFICATE LIL 182 APPRENDIST
IL-MINISTRU LAWRENCE GONZI JIPPREZENTA L-JOURNEYMAN'S CERTIFICATE LIL 182 APPRENDIST
Illum 182 zaghzugh gew ipprezentati b'certifikat ta' gradwazzjoni wara li temmew b'success skema ta' apprendistat imnedija mill-Korporazzjoni ghax-Xoghol u Tahrig flimkiem mad-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni. F' cerimonja li saret gewwa l-Head Office tal-Korporazzjoni f' Hal Far, il-Vici Prim Ministru u Ministru ghall-Politika Socjali Lawrence Gonzi, tenna l-impenn ta' dan il-Gvern favur it-tahrig vokazzjonali u semma li bhalissa qed isir hafna xoghol preparatorju bejn il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u l-ETC sabiex titwaqqaf sistema nazzjonali ghall-rikonoxximent ta' kwalifiki fil-qasam tas-snajja' u xoghol vokazzjonali iehor.
Il-Ministru Gonzi nnota li l-Gvern jaghraf li ghad baqa' hafna xi jsir fil-qasam tat-tahrig vokazzjonali u gharaf wkoll li hemm bzonn bidla fil-mentalit'� u l-kultura sabiex jigu mhajra aktar zaghzagh ghat-tahrig vokazzjonali. Huwa semma kif ftit ta' zmien ilu, is-snajja' kienu jitqiesu tajbin biss ghal min ma jirnexxielux igib il-kwalifici akkademici necessarji biex ikompli jistudja fuq livell terzjarju. Din il-mentalit'�, tenna il-Ministru Gonzi, kienet ta' hsara ghall-izvilupp tas-snajja' u t-tahrig vokazzjonali. B'konsegwenza ta' dan, anqas nies bdew jaghzlu din it-triq, u illum ninsabu f'sitwazzjoni fejn hawn ghatx kbir ghall-haddiema bi snajja' partikolari u b'tahrig addattat ghall-xoghol vokazzjonali.
Dan jidher car mis-sitwazzjoni ta' dawn il-182 zaghzugh li kollha dig'� sabu impjieg fejn jahdmu. "Huwa aktar ta' pjacir li ninnota li 85.7% ta' dawn il-zghazagh sabu xoghol fis-settur privat, filwaqt li 9.7% biss sabu impjieg mas-Servizz Pubbliku" tenna l-Ministru Gonzi, fattur li juri li s-settur privat qed jinvesti bis-serjet'� fil-haddiema tieghu, investiment li ser jaghti valur mizjud kemm lill-haddiem innifsu, kif wkoll lill-prodott jew is-servizz li ser jinghata.
Il-bidla fil-mentalit'�, jigifieri l-holqien ta' attitudni aktar posittiva lejn is-snajja' u t-tahrig vokazzjonali, jidher li qed tigi meghluba b'aktar u aktar persuni jaghzlu sabiex jidhlu ghal dan it-tahrig. Fil-fatt il-Ministru Gonzi bi pjacir innota li din is-sena 617 il-zaghzugh applikaw sabiex jissiehbu f'zewg skemi ta' apprendistat li matul is-sena l-ohra swew lill-Gvern Lm850,000. Dan l-investiment huwa investiment fil-futur, qal il-Ministru Gonzi, investiment li ghalkemm sostanzjali ghadu mhux bizzejjed, tant li l-Gvern din is-sena ivvota Lm1,000,000 ohra sabiex jsiru it-thejjijiet ghat-twaqqif tal-Kullegg Malti ghat-Teknologija, ix-Xjenza u l-Arti Applikata, Kullegg li ser jipprovdi l-infrastruttura necessarja ghat-tahrig vokazzjonali.
Filwaqt li qassam ic-certifikati lill-gradwanti, il-Ministru Gonzi ferah lil dawn iz-zghazagh u awguralhom xoghol siewi u produttiv.
23.03.2000
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN