Left arrow Go Back

IX-XOGHOL FUQ IL-BINI TA' L-ISPTAR IL-GDID QABAD RITMU MGHAGGEL

PR0354
Date Icon 21/03/2000

Ix-xoghol fuq il-bini ta' l-isptar il-gdid digà beda jaqbad ritmu mghaggel u bhalissa qed jittella` sular gdid fuq Block A li ser ikun blokk iddedikat ghall-amministrazzjoni.

Dan qalu l-Ministru tas-Sahha, Louis Deguara, f'diskors waqt zjara fuq is-sit fejn qed jinbena l-isptar il-gdid. Matul din iz-zjara, il-Ministru Deguara kien qieghed jakkumpanja lill-Prim Ministru Dr. Eddie Fenech Adami.

Il-Ministru tas-Sahha qal li sa ftit gimghat ohra ser ikun hemm hafna aktar haddiema jahdmu fuq il-post u sas-sajf mistenni li jkun hemm madwar 750 haddiem. Fl-ahhar jiem fil-gazzetti bdew ukoll jidhru diversi avvizi ghall-ingagg ta' haddiema specjalizzati mal-konsorzju Skanska Malta J.V. Il-Ministru Deguara spjega li minkejja li l-firxa ta' l-art fejn ser jinbena l-isptar hi akbar minn kif kienet ippjanata mill-amministrazzjoni precedenti, il-prezz ta' l-isptar xorta ser ikun orhos. Barra minhekk, ghall-ewwel darba gew definiti l-ispejjez tal-progett u l-konsorzju Skanska ser ikunu responsabbli tal-progett kollu, anke ta' dak li sar fil-passat. Il-kuntratt rabat ukoll lil Skanska li tkun responsabbli wkoll mis-sub contractors u ghalhekk il-Gvern mhux ser jiffaccja problemi maghhom.

Fid-diskors tieghu Louis Deguara tkellem dwar il-htiega ta' l-implimentazzjoni ta' riformi kif jitwassal is-servizz. Hu sostna li minghajr dawn ir-riformi l-isptar il-gdid mhux ser jahdem tajjeb u ghalhekk hemm decizjoni li dawk is-servizzi li jkunu ghadhom ma adottawx ir-riformi ma jigux trasferiti fl-isptar il-gdid. B'hekk ser ikun assigurat li dawk is-servizzi li jitilghu fl-isptar il-gdid ser ikunu qed iwasslu s-servizz b'mod aktar efficjenti u b'aktar kontabilità. Ghal dan il-ghan digà bdew ir-riformi ta' tmexxija fl-Isptar San Luqa.

Il-kumitat ta' tmexxija ta' l-Isptar San Luqa, li ftit tal-gimghat ilu, inghata l-inkarigu li jimplimenta r-riformi mehtiega, qieghed jiltaqa` spiss fuq bazi regolari u bhalissa qieghed jiddiskuti l-implimentazzjoni tar-riforma fid-Dipartiment ta' l-Out Patients. Twaqqaf ukoll Senior Management Team li ser jamministra u jindividwa l-problemi ta' kuljum fl-Isptar San Luqa filwaqt li ser jibdew isiru laqghat regolari bejn l-impjegati kollha ta' l-Isptar San Luqa biex kulhadd ikun konxju mit-tibdiliet li huma mehtiega filwaqt li jkunu wkoll partecipi fir-riformi billi jissottemettu l-veduti taghhom. Il-Ministru Deguara qal li qatt daqs illum ma kien hemm din it-tip ta' komunikazzjoni fl-Isptar San Luqa u awgura li l-laqghat jaghtu l-frott mehtieg biex r-riformi jkunu kollha implimentati sas-sena 2003 u qabel l-isptar il-gdid jibda jircievi l-ewwel pazjenti.

Il-Ministru Deguara habbar li fil-gimghat li gejjin ser tittella esebizzjoni dwar l-isptar il-gdid li ser iddur c-Centri tas-Sahha kollha u aktar 'il quddiem ser tinzamm open day fis-sit fejn qed jinbena l-isptar il-gdid biex il-pubbliku jkun jista' jara b'ghajnejh dan il-gojjel gdid fis-servizz tas-sahha.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow