L-ISTQARRIJA TAL-GWU
L-ISTQARRIJA TAL-GWU
Stqarrija tal-GWU maħru'a llum bit-titlu ‘Il-Prim Ministru jibqa' ma jibgħatx għall-GWU' tipprova b'qerq tgħid li l-Prim Ministru ma jridx jiltaqa' mal-GWU.
Dan m'hux minnu. Meta l-GWU riedet appuntament mal-Prim Ministru dan għamlitu bil-miktub u l-appuntament ingħata. Infatti fuq il-materja tal-budget il-Prim Ministru kellu s'issa żew' laqgħat mal-GWU fuq talba tal-union stess.
Din id-darba l-union ma talbitx li tiltaqa' mal-Prim Ministru bil-mod normali li wżat fiż-żew' okkażjonijiet ta' qabel. Minflok sar magħruf li l-GWU trid tiltaqa' mal-Prim Ministru biss permezz ta' rapporti fil-mezzi tax-xandir.
B'riżultat ta' dan illum wara nofs in-nhar l-Uffiċċju tal-Prim Ministru kiteb lis-Segretarju Ġenerali tal-GWU u nfurmah li jekk jikkonferma li jixtieq jiltaqa' mal-Prim Ministru, il-laqgħa tissejjaħ fl-ewwel opportunita` possibbli.
L-ittra li ntbagħtet illum lis-Segretarju Ġenerali tal-GWU hija mehmuża.
Din l-ittra twasslet bl-idejn fl-Uffiċċju tal-GWU fit-3.00pm. Sakemm ħar'et din l-Istqarrija l-GWU kienet għada ma rispondietx għall-ittra.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN