Left arrow Go Back

DEHRA ĠDIDA LILL-KNISJA TAL-ĠIZWITI FIL-BELT VALLETTA

PR0225
Date Icon 23/02/2000

DEHRA ĠDIDA LILL-KNISJA TAL-ĠIZWITI FIL-BELT VALLETTA

Il-knisja tal-Ġiżwiti fil-Belt Valletta qed tingħata dehra 'dida permezz ta' xogħlijiet estensivi ta' restawr u manutenzjoni li qed isiru fiha bħala parti mill-Pro'ett għar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta. Meta jitlestew, dawn ix-xogħlijiet mistennija jkunu swew mal-Lm150,000.

Dan il-pro'ett tqassam f'diversi fażijiet, bl-ewwel fażi tkun ir-restawr u t-tindif tal-faċċata tal-knisja. It-tieni fażi kienet tikkonsisti fir-restawr tas-soqfa tal-knisja, inkluż il-bdil ta' katusi li saru simili għal dawk ori'inali. Filwaqt li bħalissa qed tingħata dehra 'dida lill-knisja minn 'ewwa, aktar 'il quddiem se jkunu restawrati l-koppla u l-kampnar.

Ix-xogħlijiet li qed isiru bħalissa jikkonsistu f'ħidma ta' restawr ta' diversi partijiet tal-knisja minn 'ewwa, stallazzjoni 'dida ta' l-elettriku u tas-sistema ta' l-awdio, u tibjid mill-'did tal-knisja b'kulur li jagħti dehra isbaħ lill-knisja wara li madwar 50 sena ilu kienet inżebgħet kulur aħdar skur. Ix-xogħol qed isir minn ħaddiema tat-Taqsima tax-Xogħlijiet, tal-Kalaxlokk u privati.

Barra minn hekk, qed isir ukoll xogħol ta' restawr aktar delikat f'partijiet artistiċi ta' l-artali, kif ukoll f'pittura li hemm fl-istess knisja, fejn bdew ikunu restawrati minn Jennifer Agius żew' pitturi ta' l-iskola ta' Mattia Preti.

Waqt żjara li għamel dalgħodu f'din il-knisja, il-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech faħħar il-ħidma li qegħda ssir mhux biss mill-Kumitat tar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta, iżda wkoll miż-żew' kumitati l-oħra ta' riabilitazzjoni – dak tal-Kottonera u dak ta' l-Imdina – u qal li mindu dawn re'għu twaqqfu f'din l-aħħar sena di''� wrew li ħadu l-inkarigu tagħhom b'ħe''a kbira u ħejjew pjani biex jassiguraw it-tħaris tal-wirt storiku li jeżisti, kif ukoll biex tingħata dehra isbaħ lil dawn il-lokalitajiet.

Għar-rigward tal-Belt Valletta, il-Ministru Zammit Dimech semma diversi xogħlijiet oħra li għaddejjin bħalissa jew li mistennija jibdew dalwaqt, fosthom stallazzjoni ta' sistema 'dida ta' dawl fi Triq ir-Repubblika, li se tiswa madwar Lm100,000 u l-upgrading tal-'nien tal-Mall fil-Furjana.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow