PROGRAMM TA' GHAJNUNA GHAL INIZJATTIVI MINN GHAQDIET TAZ-ZGHAZAGH
Programm ta' Ghajnuna ghal Inizjattivi minn Ghaqdiet taz-Zghazagh.
Is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ta' L-Edukazzjoni l-Onor. Jesmond Mugliett dalghodu qassam madwar sitta u tletin cekk lill-Ghaqdiet taz-Zghazagh li qed ikunu ta' fejda ghall-kommunita' permezz ta' programmi ta' ghajnuna. Dawn is-sussidji u ghajnuniet ohra jinghataw darbtejn fis-sena, f'Jannar u f'Lulju, lil dawk l-ghaqdiet taz-Zghazagh li qed iwettqu hidma siewja ma' zghazagh fil-kommunita' taghhom.
Dawn l-organizzazzjonijiet huma: Chrisco mill-Junior College, ECO, Inizjamed, Salesian Oratory, Grupp ghat-Tielet Dinja, Ghaqda Drama Dwal Godda, Centru Parrokkjali St.Antnin, IAESTE, Centru Zghazagh Vittoriosa, MUSEUM Nadur, Centru Fidi u Gustizzja, Malta Medical Students Association, Unique Promotions, Stage Effect Productions, Ghaqda Socjali 10 t'Awissu, Oratorju Salesjan Dingli, YTC, OASI, President's Award Holders Association, Ghaqda Socjali Kristu Sultan, Malta 2000 Worldwide Dental Congress, Nature Trust, Blanzuni Marsin, St Aloysius College Scout Group, The Scout Association of Malta, Centru Zghazagh Balzan, Masquerade Theatre Company.
Uhud mill-ghaqdiet li qed jigu mghejjuna ser juzaw din l-ghajnuna ghal progetti bhal Kungressi, Talent Shows, Musicals, partecipazzjoni fil-Biennali Ewropew ta' Artisti Zghazagh, Skola Sajf fi Sqallija, Sports Camp 2000, Sports Equipment, organizzazzjoni ta' Seminars u Workshops, Konferenza Generali f'Washington, programmi ta' Exchanges ma' Zghazagh Ewropej u ohrajn.
Giet moghtija preferenza lil dawk l-ghaqdiet li ma rcevew l-ebda ghajnuna finanzjarja u ghajnuna ohra fl-iskema ta' bejn Lulju u Dicembru 1999, dawk l- ghaqdiet li wrew li setghu jew li kienu kapaci jigbru fondi mill-attivitajiet jew minn sorsi mhux tal-Gvern, u kif ukoll dawk l-ghaqdiet li l-attivita' taghhom taqbel ma' programmi ohra tas-Segretarjat.
Ghaldaqstant, talbiet li ma waqghux taht dawn il-kriterji xorta gew ikkunsidrati skond il-kontribut li qed jaghtu lill-kommunita'. Giet moghtija wkoll ghajnuna lill-ghaqdiet taz-zghazagh li jiffurmaw parti minn movimenti nazzjonali.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN