Left arrow Go Back

PROĠETT PILOTA FL-ISKOLA PRIMARJA TAL-QALA

PR0211
Date Icon 21/02/2000

PROĠETT PILOTA FL-ISKOLA PRIMARJA TAL-QALA

Bhalissa fl-Iskola Primarja tal-Qala ghaddejja hidma intensiva f'progett ta' ristrutturar u refurbishment tant mehtieg biex l-iskola jkollha ambjent dehen ghall-millennju l-gdid. Dan il-progett huwa wiehed pilota li ser jitkompla fl-iskejjel l-ohra Ghawdxin skond skeda ta' prijoritajiet annessa mar-rapport maghmul mill-Perit Maurice Galea. Dan ir-rapport gie ikkummissjonat mill-Ministru ghal Ghawdex Giovanna Debono u jelenka programm ta' hidma fl-iskejjel kollha t'Ghawdex mifrux fuq il-hames snin li gejjin.

Fiz-zjara li ghamlet il-Ministru Debono, hija iddawret max-xoghlijiet li saru fl-ewwel fazi ta' dan il-progett pilota li jinkludu refurbishment u immodernizzar tas-sala ta' l-Iskola Primarja tal-Qala u tal-kmamar kollha annessi mas-Sala - il-clinic, il-librerija pubblika, id-dressing rooms u t-toilets. Fi zmien qasir tibda t-tieni fazi tax-xoghlijiet li jinkludi bidla tas-sistema ta' l-elettriku, plumbing u dekorazzjoni tal-klassijiet. Sal-lum din l-iskola ghadha bla sistema ta' ‘salvavita', ghad-detriment tas-sigurt'� tat-tfal u ghalliema li jaghmlu uzu minn din l-iskola. L-ahhar fazi tal-progett tikkonsisti fl-immodernizzar u ristrutturar ta' l-ufficcji amministrattivi ta' din l-Iskola Primarja. F'kumment qasir fi tmiem iz-zjara taghha, il-Ministru Debono tenniet l-impenn tal-Ministeru ghal Ghawdex biex fil-qasam edukattiv, Ghawdex ikun xempju ta' avvanz u progress, sew fil-qasam akkademiku kif ukoll f'dak ta' l-ambjent u l-istrutturi ta' l-iskejjel.

21.02.2000

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow