IL-MINISTRU GĦAL GĦAWDEX TINAWGURA FAĊILITAJIET ĠODDA MILL-KUMPANIJA GOZO CHANNEL
Fid-diskors li għamlet fl-okkażjoni ta' l-inawgurazzjoni ta' security equipment u baggage trailers mill-Kumpanija Gozo Channel, il-Ministru għal '�awdex, l-Onorevoli Ġiovanna Debono, qalet illi l-iżvilupp ta' '�awdex jiddependi ħafna fuq it-trasport bil-baħar, ji'ifieri fuq is-servizzi li tipprovdi l-kumpanija Gozo Channel. Hija kompliet illi kull attivit'� fil-ħajja t''�awdex tista' tgħid li b'mod jew ieħor tiddependi fuq is-servizz mogħti mill-Gozo Channel lill-klijenti tagħha.
Il-Ministru għal '�awdex qalet illi s-servizzi tal-Gozo Channel jintużaw b'mod regolari mill-istudenti '�awdxin f'Malta li bħalissa jlaħħqu mal-500, mas-600 ħaddiem illi jbaħħru tista' tgħid ta' kuljum bejn iż-żew' gżejjer, pazjenti '�awdxin li jkollhom imorru Malta għall-kura medika, intraprendituri '�awdxin li 'ejjin u sejrin Malta sabiex jagħmlu n-negozju tagħhom u turisti Maltin u barranin li ji'u '�awdex għall-btala tagħhom. L-Onorevoli Debono sostniet illi għaldaqstant, il-kwalit'� ta' ħajja f''�awdex tiddependi mhux ftit fuq il-kwalit'� tas-servizz illi toffri din il-kumpanija. Hija kompliet li huwa ta' pjaċir u ta' unur għaliha bħala Ministru għal '�awdex li tara lil din il-kumpanija pro-attiva, tieħu miżuri li jtejbu l-kwalit'� ta' servizzi tagħha, li tagħti importanza u tinvesti f'riżorsi umani, fl-ekwipa'' tagħha u tinvesti f'apparat u f'faċilitajiet biex tkun tista' tagħti servizz dejjem aħjar lill-klijenti tagħha.
Il-Ministru għal '�awdex għalqet id-diskors tagħha billi irringrazzjat lil Mr John Sullivan, ic-Chairmantal-Gozo Channel u lill-membri tal-Bord tad-Diretturi għall-impenn tagħhom sabiex jagħtu servizz tassew effiċjenti lill-klijenti tagħhom.
21.02.2000
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN