LAQGHAT F?MALTA TAL-PRESIDENZA U TAS-SUB-COMMITTEE ON COORDINATION TAL-HOPE - IL-KUMITAT PERMANENTI TA? L-ISPTARIJIET TA? L-UNJONI EWROPEA
LAQGHAT F'MALTA TAL-PRESIDENZA U TAS-SUB-COMMITTEE ON COORDINATION TAL-HOPE - IL-KUMITAT PERMANENTI TA' L-ISPTARIJIET TA' L-UNJONI EWROPEA
Fuq stedina tad-Dipartiment ta'l-Isptarijiet fi hdan il-Ministeru tas-Sahha bejn illum il-Hamis, 17 ta' Frar 2000 u nhar is-Sibt, 19 ta' Frar 2000, ser jiltaqghu f'Malta il-Presidenza u s-Subcommittee on Coordination tal-HOPE – il-Kumitat Permanenti ta' l-Isptarijiet ta' l-Unjoni Ewropea.
Malta giet mahtura bhala membru osservatur tal-HOPE f'Gunju 1999, wara li pajjizna irriattiva l-applikazzjoni ghas-shubija fl-Unjoni Ewropea. Dan sar wara sentejn ta' stennija li matulhom l-applikazzjoni ta' Malta bhala membru osservatur tal-HOPE kienet sospiza minhabba l-pozizzjoni li kellu il-Gvern precedenti dwar shubija fl-Unjoni Ewropea.
Il-laqghat ser isiru fil-bini tal-Ministeru tas-Sahha, f'Palazzo Castellania, gewwa il-Belt Valletta.
Illum, il-Hamis 17, ta' Frar 2000 mis-6.00pm ‘l quddiem issir is-sessjoni tal-ftuh. Matulha ser jiehdu sehem il-membri tas-Subcommittee on Coordination mill-15-il pajjiz ta' l-Unjoni Ewropea u mill-4 pajjizi li, flimkien ma' Malta, huma membri osservaturi tal-HOPE kif ukoll l-oghla ufficjali fil-Ministeru u d-Divizjoni tas-Sahha ta' Malta. Matul din is-sessjoni ser isiru prezentazzjonijiet dwar l-istat tas-sahha tal-Maltin u dwar is-servizzi tas-sahha f'Malta, b'enfasi partikolari dwar ir-riformi li qed isiru u dwar is-sistemi ta' informatika, informazzjoni u komunikazzjoni fis-sahha li qed jigu introdotti f'pajjizna. Ser ikun hemm ukoll informazzjoni dwar il-process ta' konsultazzjoni kontinwa biex jigi zviluppat l-isptar l-gdid f'Tal-Qroqq, dwar ix-xoghol mehtieg biex il-ligijiet tas-sahha Maltin jilhqu l-livell tal-ligijiet tas-sahha ta' l-Unjoni Ewropea, kif ukoll dwar il-konferenza nazzjonali ghal kura tas-sahha sostenibbli f' pajjizna, li ser issir fi tmiem il-gimgha.
Min-naha taghhom id-delegati barranin jaghtu rapporti dwar l-issues kurrenti fil-qasam tas-sahha f'kull wiehed mill-pajjizi taghhom, filwaqt li s-Segreterija Generali twassal l-ahhar zviluppi mill-Kummissjoni Ewropea, mill-Ufficcju Regjonali ghall- Ewropa tal-WHO u mill-Kunsill ta' L-Ewropa. Ikun hemm hin allokat ghal diskussjoni dwar il-punti importanti li jkunu hargu mid-diversi prezentazzjonijiet li jkunu saru.
Nhar il-Gimgha, 18 ta' Frar 2000 jsiru zewg sessjonijiet tas-Subcommittee on Coordination. L-agenda ta' dan I-sotto-kumitat tiffoka fuq il-kwalita' tal-kura fis-sahha u fuq il-ligijiet fil-qasam tas-sahha fl-Ewropa. It-temi ghad-diskussjoni fil-laqgha ta' Malta jinkludu:
Rapport dwar kwalita' tal-kura fl-isptarijiet Ewropej;
Il-program ta' tahrig ghall-managers fil-qasam tas-sahha permezz ta' visti ta' studju u bdil ta' esperti;
Dokument dwar servizzi tas-sahha fuq il-post tax-xoghol ghal-impjegati fl-isptarijiet;
Konferenza Ewropea dwar djalogu socjali fis-settur ta' l-isptarijiet;
Progett ta'l-UE dwar il-marda tal-kancer u servizzi ta' promozzjoni tas-sahha f'dan il-qasam;
Inizjattiva komuni dwar il-waiting lists ghal diversi servizzi;
Il-kaz Kohll and Decker wara s-sentenza tal-Qorti Ewropea li fetah dibattitu mqanqal hafna fl-pajjizi ta'l-UE dwar id-dritt ghall-moviment hieles ta' pazjenti bejn pajjiz ghall-iehor ghal kull tip ta' kura u mhux biss ghal kura urgenti f'kaz ta' emergenza kif sa issa jipprovdu l-ligijiet ta' l-UE;
L-inizjattiva ta' HOPE fil-Kosovo permezz ta' twinning bejn sptarijiet u servizzi tas-sahha fl-Ewropa ma' sptarijiet u centri tas-sahha fil-Kosovo – din l-inizjattiva hija koordinata mill-Federazzjoni ta' l-Isptarijiet Francizi;
Rapport fuq kollaborazzjoni bejn il-pajjizi dwar trapjant ta'organi; u
Seminars tal-HOPE fuq is-sahha mentali.
Nhar is-Sibt, 19 ta' Frar 2000 tiltaqa' il-Presidenza tal-HOPE li:-
tiddelibera fuq il-konkluzjonijiet tad-diversi sotto-kumitati sabiex b'hekk tistabbilixxi il-prijoritajiet u l-pjanijiet ta' azzjoni futuri;
tipprepara l-agenda ghall-Kumitat Ezekuttiv u ghall-Assemblea Plenarja ta' Mejju 2000;
tevalwa r-rapport finanzjarju ghas-sena 1999 u tipprepara il-business plan ghas-sena 2001; u
tiehu posizzjoni u taghti pariri esperti lid-diversi istituzzjonijiet tal-UE, partikolarment lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Parlament Ewropew, dwar materji ta' policy Ewropea fil-qasam ta' l-isptarijiet u tas-servizzi tas-sahha.
Huwa ta' unur ghal Malta li tilqa' fostna grupp ta' persuni li dmirhom hu li jikkordinaw il-qasam ta' l-isptarijiet fil-pajjizi rispettivi u li naqsmu flimkien maghhom l-esperjenzi ta' kull pajjiz. Is-sehem shih taghna fil-HOPE jghina biex inkomplu nizviluppaw standards ta' kura. B'hekk inkunu nistghu nqabblu b'mod konkret dak li qed noffru ahna ma' dak li jigi offrut fl-aqwa centri ta' kura fl-Ewropa u niggarantixxu li s-servizzi li noffru jkunu ta' l-aqwa kwalita'.
17.02.2000
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN