IL-PRIM MINISTRU JHALLI MALTA GHAL ZJARAT FI BRUSSELL
IL-PRIM MINISTRU J'�ALLI MALTA G'�AL ŻJARAT FI BRUSSELL U MADRID
Il-Prim Ministru ħalla Malta llum biex fi Brussell jinawgura l-wirja ta' legaturi fini tal-kotba fil-Bibliotheca Wittockiana, waħda mill-aktar biblijoteki privati presti''jużi fid-dinja. L-istess wirja kienet ittellgħet f'Novembru li għadda fil-Forti Sant'An'lu, u turi kollezzjoni ta' legaturi ta' kotba Franċiżi, Taljani, Ġermaniżi, Spanjoli u Ingliżi. Il-kollezzjoni tinkludi wkoll manuskritti u kotba ta' stil Grieg, Tork, Armen, u mill-Afrika ta' Fuq. Din il-kollezzjoni n'abret mill-Biblijoteka Nazzjonali ta' Malta u mill-kollezzjoni ta' l-Ordni ta' San Ġwann f'Ruma.
Il-wirja ser tinfetaħ fi Brussell ftit jiem qabel f'din il-belt jinfetħu formalment in-negozjati ma' Malta biex issir membru ta' l-Unjoni Ewropea.
Il-Prim Ministru ser jinawgura l-wirja filmkien mal-Kanċillier ta' l-Ordni ta' San Ġwann, il-Konti Carlo Marullo di Condojanni. Il-Bibliotheca Wittockiana hi famuża l-aktar għall-kollezzjonijiet tal-legar artistiku ta' kotba raffinati.
Minn Brussell il-Prim Ministru ser imur Madrid fejn ser jieħu sehem f'forum bit-tema "Europa 2010" li qed jiltaqa' taħt l-awspiċi tal-Prim Ministru Spanjol Jos'� Maria Aznar.
Dan il-forum huwa organizzat mill-Fundacion de Estudios Europeos u mill-Konrad Adenauer Stiftung u ser ji'bor flimkien Prim Ministri minn Partiti Popolari Ewropej.
Waqt il-forum f'Madrid il-Prim Ministru ser jieħu sehem f'diskussjoni bit-temi "An enlarged Europe" u "Europe with a common foreign and security policy, strong and stable".
Il-Prim Ministru jinsab akkumpanjat mill-Assistent Personali tiegħu, is-Sur Richard Cachia Caruana. Huwa mistenni lura Malta nhar is-Sibt, 5 ta' Frar 2000.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN