PREZENTAZZJONI TA' KOTBA TAL-MALTI LILL-KOMUNITAJIET MALTIN FL-AWSTRALJA
PREŻENTAZZJONI TA' KOTBA TAL-MALTI LILL-KOMUNITAJIET MALTIN FL-AWSTRALJA
Il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni ta kopji tal-kotba kollha tal-Malti użati fl-iskejjel tal-Gvern fil-livell primarju u sekondarju, flimkien ma' kotba oħra dwar l-ilsien Malti u kopji ta' CD bil-Malti, lir-rappreżentanti tal-komunitajiet tal-Maltin li jgħixu fl-Awstralja.
L-iskop wara dawn l-għotjiet hu biex l-ilsien Malti jinżamm ħaj fost il-Maltin emigranti u l-'enerazzjonijiet imnissla minnhom.
Fil-fatt, il-Ministeru ta' diversi kopji ta' dawn il-kotba u CD's bl-iskop li dawn jitpo''ew għall-użu f'diversi skejjel u istituzzjonijiet li fihom ulied emigranti Maltin jieħdu l-edukazzjoni tagħhom, kif ukoll f'istituzzjonijiet frekwentati mill-Maltin.
Il-preżentazzjoni saret mis-Sur Paul Attard, Segretarju Permanenti fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u għaliha kien preżenti wkoll Dr. Paul Mifsud, Policy Coordinator fl-istess Ministeru.
1.02.2000
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN