Left arrow Go Back

L-INTRODUZZJONI TA' PRE-RETIREMENT COURSES F' GĦAWDEX

PR0101
Date Icon 28/01/2000

L-INTRODUZZJONI TA' PRE-RETIREMENT COURSES F' G'�AWDEX

Fil-Ministeru għal '�awdex, il-bieraħ 'ie inawgurat uffiċjalment pre-retirement course flimkien mad-Diviżjoni tal-Ġerontolo'ija ta' l-Universita' ta' Malta, għal madwar ħamsin ħaddiem li ser jirtiraw mix-xogħol aktar tard din is-sena u matul is-sena d-dieħla.

Dan il-kors, li ser ikun mifrux fuq tlett xhur, huwa ntiż biex jgħin lill-parteċipanti sabiex jinfurmaw ruħhom aħjar dwar id-diversi aspetti ta' l-irtirar mix-xogħol. Is-su''etti tal-kors jinkludu l-aspetti soċjolo'iċi ta' l-irtirar, aspetti psikolo'iċi, aspetti legali, il-ħajja miżżew'a wara l-irtirar mix-xogħol, is-servizzi Pensjonijiet u Benefiċċji Soċjali, in-Nutriment, il-Prevenzjoni u l-Kura tal-Mard, l-Eżerċizzju Fiżiku, l-Etika, Politika Soċjali, ix-Xogħol Volontarju, Tagħlim tal-First Aid u r-Rwol tan-Nanniet fil-Familja.

Il-Ministru għal '�awdex, l-Onorevoli Ġiovanna Debono, qalet li huma ħafna dawk li ma jkunux jafu kif ser iqattgħu l-'urnata meta jirtiraw, kif ser jibqgħu attivi fis-soċjet'� ħalli jagħtu l-kontribut siewi tagħhom filwaqt li jibqgħu attivi. Hija qalet li huma ħafna dawk l-anzjani li jaħdmu fil-kommunit'� fejn jgħixu, fil-familji tagħhom, fil-parroċċa, fil-qasam volontarju. Dan il-mod ta' kif persuna tħares lejn il-ħajja jinfluwenza l-mod totali l-istil ta' ħajja tal-persuna kif ukoll il-kwalit'� tal-ħajja li l-persuna tgawdi. Il-Ministru sostniet illi soċjet'� li verament tapprezza l-esperjenzi tal-ħajja, l-għerf, il-bżulija, l-valuri u l-ener'ija ta' l-anzjani, tagħraf tagħti lill-anzjani fi ħdanha l-opportunitajiet neċessarji sabiex sakemm huwa possibli jħaddnu dawn il-kwalitajiet b'mod attiv fis-soċjet'� li hija waħda verament għal kull et'�.

Il-ħaddiema li ser jattendu l-kors 'ew indirizzati wkoll minn Dr Joseph Triosi, mid-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni, li qal lill-ħaddiema li permezz ta' dan il-kors huma ser ikunu infurmati aħjar kif jistgħu jibqgħu attivi u b'hekk iħossuhom utli fis-soċjeta'.

28.01.2000

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow