IS-SITWAZZJONI PREŻENTI FIL-VILLAĠĠ ARTIĠĠJANALI TA? TA? QALI
'�al dawn l-aħħar snin, dawk li jaħdmu f'nissen huts f'Ta' Qali kienu qegħdin ji'u imwegħda pjan li b'mod jew ieħor kellu jfassal l-iżvilupp għal dan il-villa'' ta' l-arti''janat.
Maż-żmien saru tentattivi biex dan l-iżvilupp isir realt'� iżda s'issa qatt ma jidher li sar pjan li gie milqugħ minn dawk li jaħdmu f'dan il-villa''. Sal-lum, il-pjan li jirregola l-iżvilupp għal dan il-villa'' ta' l-arti''janat għadha l-wegħda li qed tkun mistennija minn dawk kollha nvoluti.
Fil-pjan approvat mill-Kabinett, ittieħdu dawn il- konsiderazzjonijiet:
1. Li dan il-villa'' ta' l-arti''janat kif dejjem kien magħruf għandu jkun iċ-ċentru tal-manifattura arti''janali f'pajjiżna.
2. Li kull żvilupp isir skond il-pjan lokali li jirregola Ta' Qali kif definit mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar.
3. Li l-iżvilupp maħsub għandu jgħin biex tinħoloq attrazzjoni turistika li tkun ta' livell internazzjonali.
Żammejna f'moħħna wkoll x'kien dak li ħoloq diffikult'� biex s'issa dan il-pro'ett għadu qatt ma sar. Dawn huma:
Spejjeż għoljin involuti fil-kostruzzjoni tal-postijiet il-'odda u l-art taflija li fuqha jrid isir il-bini.
Spekulazzjoni minn min jiflaħ iħallas.
L-ispiża għall-Gvern biex joffri s-servizzi infrastrutturali meħtie'a.
'�aldaqstant minflok ma ħsibna fi pro'ett u ddettajna kif irid jinbena dan il-Villa'', quddiem il-Kabinett ressaqna proposta li kienet tikkonsisti f'kunċett ta' Public Private Partnership li joffri l-possibilt'� li żviluppatur privat jinvesti fi pro'ett pubbliku u jkun responsabbli wkoll mill-management, l-operat u l-iżvilupp.
'�alhekk trid issir konsultazzjoni biex tiddefinixxi development brief flimkien mal-Ministru Francis Zammit Dimech li huwa l-Ministru responsabbli mill-izvilupp f'Ta Qali.
Fil-laqgħa li kelli l-bieraħ mal-GRTU, tlabtha li tkun preżenti f'dawn il-laqgħat li minnhom għandhom joħorgu l-kondizzjonijiet u l-parametri mitluba minn dawk involuti.
Il-pro'ett lest ikun ifisser li l-iżviluppatur irid jibni villa'' Malti li fih iridu jsibu posthom dawk li qegħdin jaħdmu hemm illum. L-iżviluppatur ikun mogħti art addizzjonali li toffrilu l-opportunit'� li joħloq attrazzjoni addizzjonali għas-settur turistiku.
F'dan l-iżvilupp għal min illum qiegħed jaħdem fil-huts għandu jsib dawn l-inċentivi:
(a) li se jsib min jibnilu l-fabbrika tiegħu mingħajr huwa ma jħallas xejn.
(b) l-investitur li kien ser jinvesti fil-bini jista' jinvesti l-istess flus f'apparat u fil-manifattura ta' l-arti''janat li jagħzel li jimmanifattura.
(c) li se jkollu min ser ikun responsabbli mill-attenzjoni u manutenzjoni ta' dan il-pro'ett .
(d) li se jkun jaħdem fi pro'ett fejn hu fih innifsu attrazzjoni turistiku li ti'bed in-nies .
(e) li se jkun parti minn żvilupp sħiħ li fih il-manifattura ta' l-arti''janat tkun il-prijorit'� .
'�alhekk biex dan il-proċess ikompli mingħajr telf ta' ħin, beda l-eżerċizzju ta' konsultazzjoni b'sensiela ta' laqgħat u wara jkomplu l-laqgħat mal-GRTU f'isem min qed jaħdem f'Ta Qali biex jkun jista' ji'i definit "development brief" tal-pro'ett.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN