Left arrow Go Back

PUNTI MID-DISKORS TAS-SEGRETARJU PARLAMENTARI DR. ANTOINE MIFSUD BONNICI WAQT KONFERENZA STAMPA FL-OKKAZJONI TAL-ĦAMES ANNIVERSARJU MIT-TWAQQIF TAL-'ALCOHOL SERVICES' TAS-SEDQA

PR0063
Date Icon 20/01/2000

PUNTI MID-DISKORS TAS-SEGRETARJU PARLAMENTARI DR. ANTOINE MIFSUD BONNICI WAQT KONFERENZA STAMPA FL-OKKAZJONI TAL-'�AMES ANNIVERSARJU MIT-TWAQQIF TAL-'ALCOHOL SERVICES' TAS-SEDQA

Fl-assenza tal-Ministru għall-Politika Soċjali, Dr Lawrence Gonzi, imiss lili bħala Segretarju Parlamentari f'dan il-Ministeru li nintroduċi din il-Konferenza Stampa fl-okkazjoni tal-ħames anniversarju mit-twaqqif tal-fergħa tal- 'Alcohol Services' fi ħdan is-Sedqa - l-A'enzija għall-'�arsien mill-Abbuz tad-Droga u l-Alkoħol. Fil-fatt l- 'Alcohol Services' bdew jaħdmu fl-24 ta' Jannar, 1995. Naħseb li jkun xieraq li jien nitkellem dwar dan il-qasam u x'kien jeżisti qabel ma twaqqfet din il-fergħa fuq linji 'enerali u nħalli d-dettalji ta' kif jingħataw dawn is-servizzi f'idejn l-uffiċjali nkarigati minn dawn is-servizzi li żgur huma aktar a''ornati u kkwalifikati minni fuq il-funzjonament ta' dawn is-servizz importanti.

Sinjuri,

Il-problema tal-abbuż mill-alkoħol f'pajjiżna ilha teżisti u żgur m'hijiex xi ħa'a 'dida għaż-żminijiet tal-lum. Biss wieħed jista' jinnota li aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar żdiedet u nxterdet aktar ukoll fis-settur femminili. L-ewwel għaqda volontarja li twaqqfet f'pajjiżna li bdiet tagħti każ din il-problema kienet "L-Alkoholiċi Anonimi", li għamlet u għada tagħmel xogħol siewi iżda limitat. Servizzi professjonali għal nies bi problemi ta' xorb ilhom jeżistu sa mill-1986. Id-Dipartiment tal-Psikjatrija kien ukoll jipprovdi servizzi li kienu jikkonsistu primarjament f'diżintossifikazzjoni u custodial care.

Sussegwentement fl-isptar Monte Carmeli twaqqaf Team ta' l-alkoħol li beda joffri terapija - l-aktar group therapy kemm lill-alkoħolici li kienu rikoverati fl-isptar u kemm lil nies minn barra l-isptar. Il-qraba ta' dawn il-persuni alkoħolici 'ew ukoll involuti f'dan ix-xogħol ta' riabilitazzjoni. Barra l-psikoterapija fil-gruppi, beda jingħata wkoll counselling individwali u social work. L-aktar żvilupp importanti li seħħ dak iż-żmien, kien il-ftuħ tal-'Alcohol Rehabilitation Unit' fl-isptar Monte Carmeli. Ix-xogħol ma baqax ristrett biss fl-isptar, iżda kważi mill-ewwel infirex barra mill-isptar. Iżda x-xogħol barra l-isptar ma tantx dam minħabba nuqqas ta' postijiet disponibbli għal dan ix-xogħol.

L-isptar Monte Carmeli minn dejjem kellu u sfortunatament għad għandu ċertu stigma u din l-istigma kienet tgerrex numru kbir ta' nies li kellhom bżonn għajnuna fuq bażi residenzjali milli jmorru l-isptar. U għalhekk ix-xewqa mill-ewwel kienet li tinstab bażi barra mill-isptar fejn dawn in-nies ikunu jistgħu jmorru għall-kura meħtie'a. Saru ħafna tentattivi biex jinstab post alternattiv, iżda kien kollu għalxejn.

Fl-1994 twaqqfet l-A'enzija għall-Harsien mill-Abbuż tad-Droga u l-Alkoħol - is-Sedqa. Il-mission statement ta' din l-A'enzija jgħid hekk:-

"To plan and recommend developments and updates of the National Policy in the field of drug and alcohol abuse, and to provide services in health promotion, prevention, treatment and rehabilitation to persons with drug and/or alcohol problems, and to their families, so as to help them live a stable life and to integrate better in society".

Is-servizzi għall-alkoħoliċi setgħu joħor'u barra mill-isptar Monte Carmeli bil-ftuħ tal-Fergħa għas-Servizzi tal-alkoħol fl-24 ta' Jannar 1995. Servizzi li f'dawn il-ħames snin komplew dejjem jikbru u jiżdiedu. Biżżejjed wieħed ifakkar li fl-isptar Monte Carmeli kienu involuti fuq dan ix-xogħol 2 full-timers u 3 part-timers fil-waqt li llum hemm 10 persuni full-time u 4 part-time jaħdmu mas-servizzi tal-alkoħol fi ħdan is-Sedqa. Barra minn hekk illum hemm żew' branki tas-servizz:- il-programm Residenzjali, li bħalissa qed jgħin 16-il persuna; u l-programmi Komunitarji, li qed jgħinu madwar 100 ruħ oħra kull xahar.

Is-servizzi tal-alkoħol f'Dar Iż-Żernieq jaqdu l-bżonnijiet individwali ta' persuni bi problemi konnessi mal-alkoħol billi jipprovdu, matul 'urnata jew bi programmi residenzjali, support ta' kwalita', kura u rijabilitazzjoni. Is-servizzi tal-alkoħol joffru wkoll programmi fil-komunita' li jipprovdu support kwalitattiv, kura u interventi oħra li jgħinu lill-klijenti biex jgħixu stil ta' ħajja aktar f'saħħitha.

L-iżvilupp tal- 'Alcohol Community Services' hija prijorita' ewlenija tal-A'enzija Sedqa. L-a'enzija issa hija f'pożizzjoni aħjar biex tattira kemm dawk li jissejħu 'problem drinkers', kif ukoll ta' persuni bi problema ta' dipendenza fuq l-alkoħol anqas konkreta u li jkunu jeħtie'u servizz effettiv ta' appo'' professjonali. S'issa l-biċċa l-kbira ta' dawk li 'ew għall-għajnuna, kienu nies li kellhom problemi serji ta' dipendenza. L-isfida għal quddiem hija kif se nressqu lejn is-servizzi, individwi oħra li, għalkemm m'humiex dipendenti, xorta jeħtie'u l-għajnuna.

Il-Gvern huwa kommess mhux biss li s-servizzi li qegħdin jingħataw jilħqu standards ta' eċċellenza, iżda jrid jara li s-servizzi kollha li jeżistu u li jistgħu jinħolqu fil-futur, jirċevuhom l-aktar dawk li għandhom bżonn. Fil-fatt il-Gvern preżenti mill-ewwel ried jassigura l-appo'' tiegħu favur il-'lieda kontra l-abbuż ta' droga u alkoħol. Kien għalhekk li fil-Budget żied sostanzjalment il-vot favur l-A'enzija Sedqa.

Naħseb li huwa dover tiegħi li nirringrazzja lill-uffiċjali u l-ħaddiema kollha ta' din il-fergħa tas-Sedqa tax-xogħol siewi u dedikat li għamlu u li qegħdin jagħmlu fost dawn il-persuni li jbatu mill-effetti tal-abbuż tal-alkoħol. Jiena persważ li dan ix-xogħol ta' fejda ser ikompluh fil-futur kemm għal 'id ta' dawk li jsofru minn dan l-abbuż u anke għall-'id tal-komunita' in 'enerali.

20.01.2000

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow