Left arrow Go Back

LAQGHA FIS-SENSIELA 'STAFF DEVELOPMENT PROGRAMME'

PR0036
Date Icon 13/01/2000

Id-Dipartiment ta' l-Izvilupp u l-Ippjanar fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni organizza laqgha ohra f'sensiela ta' laqghat maghrufa bhala Staff Development Programme. Il-laqgha kienet ghall-kapijiet ta' skejjel statali, privati u skejjel tal-knisja.

It-tema tal-laqgha tal-lum kienet dwar il-Programmi Edukattivi offruti mill-Unjoni Ewropeja u li Malta diga' tista' tippartecipa fihom.

Il-laqgha infethet b'diskors tal-Ministru Louis Galea. Fiha l-kapijiet ta' l-iskejjel kienu ndirizzati wkoll minn Giorgio Boggio, Kap tad-Delegazzjoni ta' l-Unjoni Ewropea f'Malta, is-Sur Charles Mizzi, Direttur Generali ta' l-Edukazzjoni, Joe Sammut, Kap tad-Dipartiment ta' l-Ippjanar Edukattiv u Ms. Renilde Reynerds, Ko-Ordinatrici tal-Programm "Comenius" ta' l-Unjoni Ewropea.

Fil-laqgha hadu sehem ukoll Bernie Mizzi, Kap ta' St. Martin's College fis-Swatar, Carmen Camilleri, Kap ta' l-Iskola Primarja tas-Siggiewi, Joe Xerri, Assistant Direttur ta' l-Edukazzjoni, u Carmen Bonello, Kap ta' l-Iskola Marija Regina fi Blata l-Bajda.

Elaine Cordina, Education Desk Officer tal-MIC ukoll indirizzat il-laqgha li saret fis-Sala Boffa ta' Dar il-Mediterran ghall-Konferenzi.

13.01.2000

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow