AVVIZ TAD-DIVIZJONI TAS-SAHHA DWAR IT-TAQSIMA TAL-KONTROLL TAD-DROGI.
AVVIZ TAD-DIVIZJONI TAS-SAHHA DWAR IT-TAQSIMA TAL-KONTROLL TAD-DROGI
Id-Divizzjoni tas-Sahha tixtieq tavza lill-pubbliku generali li minn nhar l-Erbgha 19 ta' Jannar 2000, it-Taqsima tal-Kontroll tad-Drogi (fejn tinhareg il-Kartuna l-Bajda) li tinsab gewwa 15 Triq il-Merkanti, Valletta, ser tibda topera min 3B Triq Zekka, Valletta.
Ghalhekk, bejn nhar il-Gimgha 14 ta' Jannar 2000 u t-Tlieta 18 ta' Jannar 2000, is-servizz ser ikun limitat ghal dak postali biss.
Dan ifisser li matul dawn it-tlett ijiem, kull min jigi biex igedded il-kartuna jew jaghmel wahda gdida mhux se jkun jista' jinqeda dak il-hin. Dan ghandu jhalli l-applikazzjoni tieghu gewwa l-ufficju tat-Taqsima tal-Kontroll tad-Drogi fi Triq il-Merkanti, Valletta, u wara li tigi processata, il-Kartuna l-Bajda tintbaghtlu bil-posta.
Id-Divizjoni tas-Sahha tiskuza ruhha ghal xi inkonvinjenza li tista' tinholoq.
11.01.2000
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN