AVVIZ MID-DIPARTIMENT TAS-SAHHA
PR0024
10/01/2000
AVVIZ MID-DIPARTIMENT TAS-SAHHA
Id-Divizjoni tas-Sahha tixtieq tavza lill-pubbliku li minhabba l-mewga ta' influenza li ghaddejja bhalissa, ic-Centri tas-Sahha qed ikollhom domanda kbira biex tobba jinviztaw lill-morda gewwa darhom. Dan qieghed iwassal ghal xi dewmien aktar mis-soltu biex issir l-vizta u f'certu kazijiet numru ta' vizti mhux jintlahqu. Ghalhekk, id-Divizjoni tixtieq tappella lill-pubbliku biex fejn ikun possibli, wiehed ghandu jmur personalment fic-Centru tas-Sahha u jhalli l-vizti fid-djar ghal dawk il-kazijiet li verament jisthoqqilhom.
10.01.2000
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN