Left arrow Go Back

Il-Ministru tal-Biedja u Sajd izur haddiema waqt xoghlijiet ta' hsarat ikkawzat mill-maltemp

PR0007
Date Icon 04/01/2000

Il-Ministru tal-Biedja u Sajd izur haddiema waqt xoghlijiet ta' hsarat ikkawzat mill-maltemp

Dalghodu, il-Ministru tal-Biedja u Sajd, l-Onorevoli Perit Ninu Zammit, zar il-post maghruf bhala Chadwick Lakes, limiti tar-Rabat. Illum haddiema tad-Dipartiment ta l-Agrikultura bdew programm ta' xogholijiet ta tindif u tiswija ta' xi hsarat li saru wara l-maltempati ta xita qawwija li laqtu l-gzejjer maltin ix-xahar li ghadda.

Kawza ta dan il-maltemp, l-ilmijiet kaxkru ammonti sostanzjali ta materjal u tajn li minbarra li jhammgu u jkerrhu l-ambjent, jistghu jikkagunaw ukoll hsara fis-sistema ta' mixi ta' l-ilma f'dan il-lokal tant popolari.

Ghalhekk wara li ghadda bizzejjed zmien li l-ilmijiet qaghdu, ufficjali tad-Dipartiment ta' l-Agrikultura tqabbdu sabiex jaraw ezatt x'kienet il-hsara u x'hemm bzonn isir. Dan wassal biex tfassal il-pjan ta' xoghol li issa nbeda u mistenni li jitlesta fi zmien qasir.

Il-Ministru Ninu Zammit spjega li dawn il-problemi gew ikkawzati minn kundizzjonijiet straordinarji naturali ghaliex ghamlet xita b'volum li pajjizna qatt ma ra bhalu. F'mumenti bhal dawn, ikun il-kaz li l-awtoritajiet kompetenti jahdmu bil-ghaqal u bil-galbu sabiex kemm jista jkun malajr u bl-iktar mod professjonali u efficjenti, jittiehdu l-mizuri kolla necessarji halli tissewwa l-hsara u kemm jista jkun jigi kkumpensat min sofra d-danni.

B'dan il-ghan ukoll, ufficjali tad-Dipartiment ta' l-Agrikultura qeghdin jistudjaw ukoll it-talbiet ghal kumpens li ghamlu l-bdiewa ghal hsarat li huma garrbu. Meta jitlesta dan l-ezercizzju, il-Ministeru jiehu hsieb jitlob sabiex jara kif jista jigu kkumpensati dawn il-bdiewa, kif kien diga ghamel dan il-Gvern wara l-maltempati ta' Novembru ta' l-1998.

Il-Ministru tenna jghid ukoll li l-Ministeru qieghed jiffaccja talbiet ghal-kumpens minghand erbgha mija u sittax il-bidwi wara li garrbu xi forma ta' hsara minn dawn il-maltempati.

04.01.2000
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow