L-Onor. Dr. Antoine Mifsud Bonnici jindirizza attivita' ghall-Anzjani tal-Kunsill Lokali tar-Rabat
L-Onor. Dr. Antoine Mifsud Bonnici jindirizza attivita' ghall-Anzjani tal-Kunsill Lokali tar-Rabat
Is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru għall-Politika Soċjali Dr Antoine Mifsud Bonnici, waqt li kien qed jindirizza anzjani Rabtin saħaq fuq il-ħtiega li l-anzjani jkomplu jipparteċipaw u jieħdu parti attiva f'attivitajiet organizzati għalihom, biex b'hekk, juru li huma għadhom integrati fis-soċjet'� tagħna.
Dr. Mifsud Bonnici kien qed jitkellem f'waħda minn żewg serati soċjali organizzati mill-Kunsill Lokali tar-Rabat, in konnessjoni mal-festi tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena, li għalihom attendew madwar 800 anzjani mir-Rabat. Huwa qal li l-Gvern qiegħed jagħti prijorit'� lis-servizzi li jirċievu l-anzjani fil-komunit'�, għaliex jemmen li l-aħjar għall-anzjan huwa li jibqa' jgħix f'daru, fil-komunit'� u mhux li ji'i istituzzjonalizzat. Mill-banda l-oħra, il-Gvern irid jaħseb ukoll f'dawk l-anzjani li għal xi ra'uni jew oħra jkollhom jirrikorru biex jidħlu f'xi dar ta' l-anzjani, jew f'San Vincenz de Paule. Huwa għalhekk, kompla l-Onor Mifsud Bonnici, li qegħdin ninsistu li kull anzjan li jkun rikoverat f'xi dar — tal-Gvern, tal-Knisja jew tal-privat — għandu dritt li jgawdi kwalit'� ta' ħajja mill-aħjar u jkollu d-dinjit'� tiegħu garantita.
Dr. Antoine Mifsud Bonnici re'a' għamel appell qawwi lill-anzjani kollha biex ikomplu jipparteċipaw u jieħdu parti attiva fl-attivitajiet kollha li jkunu organizzati għalihom, biex b'hekk titkompla titwettaq fil-prattika t-tema tas-sena li għadha kemm intemmet, is-"Sena Internazzjonali ta' l-Anzjani", li kienet - "Lejn Socjet'� ghal kull Et'�". L-Anzjani jridu juru li huma wkoll protagonisti u jiffurmaw parti integrali fis-soċjet'� Maltija taż-żminijiet tal-lum, li aħna rriduha li tkun socjet'� inklużiva.
Fl-aħħarnett, Dr Antoine Mifsud Bonnici rringrazzja u faħħar lill-Kunsill Lokali tar-Rabat għall-inizjattivi li jieħu fl-interess ta' l-anzjani u persuni bi bżonnijiet speċjali.
04.01.2000
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN