Left arrow Go Back

Prezentazzjoni ta' Apparat tal-Gym

PR2028
Date Icon 30/12/1999

Dalghodu, il-President tal-Kunsill Nazzjonali taz-Zghazagh, Alessandro Farrugia, f'isem il-membri l-ohra mill-istess ezekuttiv u b'kollaborazzjoni ma' Tip Top Ltd. (Fgura), ipprezenta apparat tal-Gym lil Fr Charles Cini ta' Osanna Pia Youth Hostel fil-prezenza ta' l-Onor. Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni, Jesmond Mugliett.

F'diskors ta' l-okkazjoni, il-President tal-Kunsill Nazzjonali taz-Zghazagh, qal li l-generazzjoni kollha ta' llum iffurmaw parti minn seklu li gab mieghu rivoluzzjoni fl-oqsma u s-setturi kollha li nmissu maghhom ta' kuljum. Hekk kif ninsabu ftit sieghat biss boghod minn tmiem dan il-Millenju huwa zgur li l-umanita' ser tibqa' tavvanza f'dan kollu.

Minkejja l-fatt li qeghdin nghixu f'dinja kontinwa ta' progress, fir-realta' ghad hawn certi problemi li jitfghu l-ezistenza tal-bniedem lura. Fost dawn insibu diskriminazzjoni minhabba religjon, sess jew kulur, problemi socjali jew ambjentali.

Is-Sur Alessandro Farrugia qal li ghalhekk il-hsieb taghna ghall-bidu tal-Millenju gdid ghandu jkun sewwa sew dan - li nitghallmu nkunu aktar tolleranti ma' xulxin u ma' dak kollu li hawn madwarna. Il-Kunsill Nazzjonali taz-Zghazagh jemmen u jappogga dan kollu. Huma z-zghazagh il-gejjieni ta' ghada u jenhtieg li nrawwmu dawn il-valuri fihom ukoll, ghaliex iz-zghazagh huma l-aqwa investiment ghat-tigdid u progress. Iz-zghazagh huma l-ghodda indispensabbli ghall-gejjieni tal-pajjiz u wkoll rizors importanti fl-izvilupp tas-socjeta' ta' madwarna.

Ghalhekk, fuq l-ghatba ta' millennju gdid kulhadd ghandu jiffoka fuq il-problemi li jikkoncernawhom direttament u li nindirizzawhom. B'hekk ikunu qeghdin noholqu aktar opportunitajiet godda ghal kulhadd.

Il-President tal-Kunsill qal ukoll li l-prezentazzjoni ta' apparat bhal dan lil organizzazzjoni li tghin liz-zghazagh tghin ukoll l-integrazzjoni taghhom fis-socjeta' specjalment fid-dawl tal-fatt li dawn iz-zghazagh gejjin minn ambjenti differenti u ghalhekk huma aktar vulnerabbli ghall-problemi ta' madwarna.

Huwa temm jghid li rridu nharsu 'l quddiem b'forza qawwija ghall-bidla - forza pozittiva li tifforma parti minnha kulhadd, fosthom iz-zghazagh.

Min-naha tieghu, Fr Charles Cini ta' Osanna Pia Youth Hostel spjega x-xoghol ta' l-organizzazzjoni tieghu fis-socjeta'. Huwa fahhar ukoll l-inizjattiva tal-Kunsill Nazzjonali taz-Zghazagh ghal dan il-gest tal-lum. Huwa semma wkoll li l-Gvern huwa mpenjat f'hidma favur iz-zghazagh u qieghed jaghti l-appogg kollu tieghu. Fr. Cini qal li waslu biex ikabbru l-post taghhom halli jkunu jistghu jilhqu f'din id-dar aktar zghazagh.

Is-Segretarju Parlamentari Jesmond Mugliett qal li l-Kunsill Nazzjonali taz-Zghazagh ghandu jkompli jressaq ideat u inizjattivi godda fid-dawl tal-bidu ta' millennju gdid. Huwa apprezza hafna dan il-gest u fahhar hafna il-hsieb tal-Kunsill Nazzjonali taz-Zghazagh li jtemmu dan il-millennju b'attivita' bhal din.

L-Onor. Mugliett qal li pajjizna qieghed jaddotta sistema filantropika fejn kulhadd jaghti s-sehem tieghu ghall-gid tas-socjeta' in generali. Huwa qal li permezz ta' din il-prezentazzjoni l-Kunsill Nazzjonali taz-Zghazagh qieghed jghin sabiex zghazagh bhalhom jintegraw ruhhom fis-socjeta' b'mod aktar komplet. Huma jkunu wkoll qeghdin jghinu fil-formazzjoni tal-karattru taghhom u bdil ta' ideat.

Is-Segretarju Parlamentari temm jghid li l-gvern huwa wkoll min-naha tieghu impenjat f'dan kollu u li l-pajjiz ghandu bzonn lill-Kunsill Nazzjonali taz-Zghazagh ghaliex iz-zghazagh huma l-aqwa rizors ghall-futur tas-socjeta'

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow