Quddiesa ta' Radd il-Hajr fl-okkazjoni ta' gheluq snin l-ixjeh Mara f'Malta u Ghawdex
Ghada, il-Gimgha, 31 ta' Dicembru 1999, Connie (Concetta) Galea, l-ixjeh mara f'Malta u Ghawdex, taghlaq 109 snin.
Connie Galea, li hi mwielda Hal-Balzan u ghexet ghal bosta snin gewwa Birzebbuga, qattet dawn l-ahhar tmien snin fir-Residenza San Vincenz de Paule. Hija wahda minn hamest ahwa u qatt ma zzewget.
Imwielda fil-31 ta' Dicembru 1890, ghexet is-seklu 20 kollu u fl-1 ta' Jannar 2000 tkun ghexet matul tlett sekli. Ghall-eta' taghha, Concetta ghadha tajba. Ghadha zzomm ruhha u tqatta' l-gurnata taghha fil-wheelchair, kultant tirrakkonta b'nostalgija dak li ghaddiet matul hajjitha.
Il-lum, il-Hamis 30 ta' Dicembru, fir-Residenza San Vincenz de Paule, il-Prim Ministru l-Onor. Eddie Fenech Adami, is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghall-Politika Socjali l-Onor. Antoine Mifsud Bonnici, flimkien ma' familjari ta' Concetta Galea, attendew ghal Quddiesa ta' Radd il-Hajr. Fil-waqt li awguraw lil Concetta l-isbah xewqat, il-Prim Ministru u s-Segretarju Parlamentari ipprezentawlha rigali ta' tifkira.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN