Left arrow Go Back

Ippubblikat l-Abbozz ta' Ligi dwar ir-Refugjati

PR2025
Date Icon 30/12/1999

Ghall-ewwel darba l-ligi ta' Malta qed taghraf u tirregola l-istatus ta' refugjat. Bis-sahha ta' din il-ligi, li twettaq f'pajjizna l-obbligi internazzjonali ta' Malta taht il-Konvenzjoni tal-Gnus Maghquda dwar l-istatus ta' Refugjati, se jkun hemm Kummissarju tar-Refugjati li jiddeciedi jekk persuna hix refugjata jew le.

Ghandha ssir distinzjoni bejn refugjat u immigrant illegali. Il-ligi timponi test iebes ghal stat ta' refugjat, mehud kelma b'kelma mill-Konvenzjoni fuq imsemmija, u cio'? li jrid ikun hemm biza' msejsa fuq ir-realt'? (well founded fear) ta' persekuzzjoni vera, jekk persuna tirritorna f'pajjizna, sabiex dik il-persuni tigi rikonoxxuta bhala refugjat.

Kull decizjoni tal-Kummissarju tar-Refugjati tista' tigi appellata quddiem Bord Indipendenti ta' tlieta min-nies. L-appell jista' jsir kemm mill-applikant, kif ukoll mill-Ministru responsabbli ghall-Immigrazzjoni.

Sakemm jigi deciz jekk persuna hijiex refugjata, dik il-persuna ma tistax titkecca minn Malta, izda tinzamm taht detenzjoni.

Kull min jigi rikonoxxut bhala refugjat, jibda jgawdi minn dawn id-drittijiet:

  1. ikollu d-dritt li jghix f'Malta; dan japplika wkoll ghad-dipendenti tieghu li jkunu f'Malta;
  2. jekk ikun taht kustodja, jinheles minnufih sakemm ma jkunx qed jiskonta sentenza ta' habs dwar reat; jew qed jistenna li jinqata' l-kaz tieghu;
  3. ikollu d-dritt ghal dokument ta' l-ivjaggar skond il-Konvenzjoni tal-1951;
  4. ikollu d-dritt ghal sptar u skola b'xejn, hu u d-dipendenti tieghu f'istituzzjonijiet statali.

Il-Gvern iddecieda wkoll li malli tghaddi din il-ligi jibdew jinhargu permessi ta' xoghol (work permit) taht l-Att ta' l-Immigrazzjoni tal-1970 lill-persuni li huma dikjarati bhala refugjati. Persuni li ma jigux dikjarati refugjati jistghu jitkeccew minn Malta.

Taht il-ligi l-gdida, jista' jinghata kenn temporanju lil persuni li ghalkemm m'humiex refugjati, ma jistghux jirritornaw lejn pajjizhom minhabba gwerra jew ragunijiet serji ohra.

Dan l-abbozz gie diskuss mal-ghaqdiet volontarji, l-aktar il-Kummissjoni Immigranti u l-Jesuit Refugee Services, kif ukoll l-Ufficcju tal-United Nations High Commission for Refugees (UNHCR) f'Ginevra, li taw ghajnuna importanti fit-tfassil ta' l-abbozz.

Il-Gvern Malti informa lill-UNHCR li malli tghaddi din il-ligi, Malta se tnehhi l-limitazzjoni geografika li kienet tobbliga lill-pajjizna jirrikonoxxi refugjati gejjin biss mill-kontinent Ewropew.

Il-Ministeru ta' l-Intern jixtieq jesprimi r-ringrazzjament specjali tieghu lill-Kummissjoni Emigranti, mmexxija minn Monsinjur Philip Calleja, li tirrapprezenta lill-UNHCR f'Malta, li ilha tahdem ghal bosta snin fil-qasam tar-refugjati. Bis-sahha ta' din il-Kummissjoni saru kuntatti siewja li wasslu ghall-pubblikazzjoni ta' dan l-abbozz, li ghall-ewwel darba jaghti sies legali lill-harsien tad-drittijiet tar-refugjati f'Malta.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow