L-inawgurazzjoni tac-Centru ghal Kreattivita'
Bħalissa qed isiru l-aħħar tħejjijiet b'konnessjoni ma' l-inawgurazzjoni taċ-Ċentru għal Kreattivit'? fil-Kavallier ta' San Ġakbu, il-Belt Valletta, nhar l-aħħar tas-sena, bħala parti mill-attivitajiet tal-millennju l-'did.
Iċ-Ċentru se jkun inawgurat mill-Prim Ministru Eddie Fenech Adami, waqt ċerimonja li tinkludi spettaklu mill-isbaħ ta' dwal, mużika u logħob tan-nar maħluq mill-artist ta' fama internazzjonali John David Mooney, bl-għajnuna ta' artisti Maltin.
L-ispettaklu se jibda b'daqq ta' mużika, kompożizzjoni ta' Ruben Zahra, u ispirata mill-perjodu megalitiku li ipprovda l-bidu kulturali ta' pajjiżna. Din il-mużika se tindaqq fuq it-tara' tal-Kavallier ta' San Ġakbu.
Minn hemm, l-attenzjoni ddur lejn id-daħla prinċipali tal-Ber'a ta' Kastilja, fejn tibda tiżvol'i l-istorja ta' pajjiżna sal-wasla ta' San Pawl f'Malta u l-perjodu barokk, mument ieħor kbir fl-istorja kulturali ta' pajjiżna.
Fi tmiem din il-parti ta' l-ispettaklu, fil-Kavallier ta' San Ġakbu jsiru diskorsi qosra mill-Ministri Louis Galea u Francis Zammit Dimech, kif ukoll mill-Prim Ministru Eddie Fenech Adami. Wara jsir it-tberik mill-Arċisqof Mons Ġużeppi Mercieca, filwaqt li kor ikanta kompożizzjoni tas-Surmast Charles Camilleri. Il-pubbliku li jkun qed isegwi l-ispettaklu fi Pjazza Kastilja jkun jista' jsegwi wkoll id-diskorsi u l-inawgurazzjoni permezz ta' screens li se jkun hemm fuq barra.
Fi tmiem iċ-ċerimonja, il-pubbliku se jkun jista' jżur il-Kavallier ta' San Ġakbu, biex jara mhux biss it-trasformazzjoni li saret biex il-Kavallier ta' San Ġakbu nbidel minn post ta' difiża għal ċentru għal kreattivit'?, iżda jkun jista' jammira wkoll l-ispettaklu ta' dwal anki fuq 'ewwa.
Il-pubbliku se jkun jista' jibqa' jara dan l-ispettaklu ta' dwal, kemm fuq barra kif ukoll fuq 'ewwa tal-Kavallier ta' San Ġakbu, kuljum sas-6 ta' Jannar f'dawn il-ħinijiet: mill-4.00 p.m. sas-1.00 a.m. u mis-6.30 a.m. sat-8.00 a.m.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN