Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo dwar artiklu f'newsletter tal-GRTU: Il-Hidma mweghda saret
Nirreferi ghall-pubblikazzjoni tal-GRTU "Newstring" tas-17 ta' Dicembru 1999, fejn nixtieq niccara xi kummenti li nhoss li ma jirriflettux ir-realt'? ta' l-oqsma imsemmija. Kont nistenna li l-GRTU tikkonsulta u tistaqsi qabel ma' tiggudika.
Ta' Qali
Il-proposti l-godda li ghandhom jkunu l-bazi ta' diskussjoni rigward il-gejjieni ta' Ta' Qali Crafts Village saru u kif kien miftiehem mal-Prim Ministru u mal-GRTU il-proposti gew mghoddija fil-hin biex jigu diskussi mill-Kabinett. Ghall-kuntrarju ta' dak li ntqal mill-GRTU permezz tal-publikazzjoni "Newstring" jiena zammejt kelmti, u l-hidma li kelli naghmel, ghamilta. Hafna issa ser ikun jiddependi mill-istess sidien. Zgur li l-proposti ghandhom ikunu l-izjed vantaggjuzi biex Ta' Qali Crafts Village ikun f'pozizzjoni li jikkompeti ma' investiment gdid f'centri godda ta' Crafts. Dawn ser iwasslu biex f'Malta ser ikollna iktar minn centru wiehed ta' artiggjanat u ghalhekk Ta' Qali jidher li mhux ser jibqa' jgawdi il-monopolju ta' villagg ta' l-artiggjanat u bejgh ta' souvenirs. Dan l-izvilupp gie moghti konsiderazzjoni u, ghaldaqstant, fil-proposti li saru flimkien ma' siehbi, is-Segretarju Parlamentari George Pullicino, ma' l-MDC, u ma' l-Awtorit'? ta' l-Ippjanar, hadna hsieb li naraw li Ta'Qali Crafts Village jibqa' jgawdi prominenza fis-suq ta' l-artiggjanat, u l-bejgh tas-souvenirs,kemm-il darba dan il-villagg ikun organizzat biex jikkompeti ma' min ser jarma biex jiehu postu fis-suq.
Lil hadd m'ahna ser inhallu jaqa' lura. Izda, id-decizjoni tal-kompetizzjoni, fl-ahhar mill-ahhar ser tkun f'idejn l-istess sidien, li prezentament ghandhom il-huts u dawk li ghandhom interess ikollhom l-opportunit'? ta' negozju f'dan il-villagg ta' Ta' Qali.
Bejgh min-negozjanti BarraninJiddispjacini li meta l-GRTU kella presidenza tal-Fiera tan-Naxxar, hi accettat l-partecipazzjoni ta' l-istess negozjanti barranin. Donnu dak li kien tajjeb ghall-GRTU il-bierah sar il-hazin tal-lum. Minkejja dan, xorta wahda hadt il-passi mehtiega biex nara li dak li jsir ikun regolari u konformi mal-ligijiet taghna. Personalment ma nemminx fl-inkonsistenza ta' l-argumenti u mpenjat biex nara li lanqas ikun hemm inkonsistenza ta' fatti.
Fl-istess kaz ta' meta dawn l-imsemmija negozjanti barranin kienu ser jarmaw fi Pjazza Repubblika u l-GRTU gibditli l-attenzjoni, jien rajt li kollox ikun regolari u fil-fatt qbilt ukoll mal-GRTU li din il-fiera ma kellhiex tintrama' f'dan il-lokal. Il-GRTU taf li meta fittxitni sabitni.
Traffic fil-Mosta
Rigward il-Mosta traffic diversion jiena konxju li l-Ministeru responsabbli mit-toroq u l-Kunsill Lokali tal-Mosta flimkien ma' l-Awtorita ta' l-Ippjanar qeghdin jahdmu biex dan il-progett isir ghas-sodisfazzjon ta' kulhadd u fil-gejjieni perswaz li ghandna naraw progett li jkun komplementari ma' l-izvilupp fl-iskema ta' toroq godda li jehtieg pajjizna.
Fiducjuz f'gejjieni b'aktar koperazzjoniAttegjament negattiv fil-fehma tieghi ma' ghandux ikun il-mod ta' kif il-GRTU tigbed lejha s-simpatija tal-membri u turi li hija attiva.
Jien fiducjuz f'gejjieni fejn dawn il-kummenti li jsiru, biex ikunu saru, ma jibqghux ikunu l-ordni tal-gurnata ghal min jghid li jrid jahdem biex jara s-success tan-negozju f'pajjizna.
Nemmen li kapaci naslu biss ghas-success tan-negozju f'pajjizna kemm-il darba nkunu kapaci nikkonsultaw u nahdmu flimkien b'ghan wiehed li naraw is-settur tan-negozju kapaci jikkompeti.
Ghal darba ohra irrid nerga' ntenni li jien ilni nibghat stediniet fejn urejt ix-xewqa li, meta u skond il-htiega, il-GRTU tara' li hemm cirkostanza li tehtieg attenzjoni, jien immedjatament dejjem lest biex nisma' u nghin.Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN