Il-Prezz tal-hobz tal-Malti
B'referenza ghall-istqarrijiet dwar is-suggett fuq imsemmi mahruga, bid-data tas-27 ta' Dicembru 1999, mill-Onorevoli Leo Brincat u mis-Sur Jimmy Magro, f'isem il-Malta Labour Party, ghandu jinghad dan li gej:
Fl-istqarrija tieghu, l-Onorevoli Brincat ikkalkula li, is-sena id-diehla, familja tipika ser ikollha tonfoq Lm25.55 iktar fuq il-hobz tal-Malti. Izda huwa naqas li jispecifika li, jekk niehdu din il-familja tipika bhala wahda maghmula mill-genituri u minn zewg itfal, dawn ser jircievu, minn ghand il-Gvern, Lm40.00 fil-bidu tas-sena bhala kumpens.
Dan il-kumpens ser jinghata bhala somma flus ta' darba ghaliex tul is-sena 2000, iz-zieda fil-prezz tal-hobz tal-Malti ser tinqabad fl-istharrig dwar l-indici tal-prezzijiet, li jsir fuq bazi regolari. Ghalhekk, mis-sena ta' wara (mill-2001), din iz-zieda fil-prezz tal-hobz tal-Malti tigi riflessa fiz-zieda li tinghata ghall-gholi tal-hajja. Kontra dak li qed jghid il-Malta Labour Party, il-Gvern diga ha u ser ikompli jiehu il-mizuri neccessarji sabiex iz-zieda fil-prezz tal-hobza ma tolqotx negattivament lill-pubbliku Malti. Dan specjalment sabiex ma jintlaqtux hazin dawk b'inqas mezzi; ezempju iehor konkret tal-kuxxenza socjali li jhaddan il-Gvern prezenti.
Lanqas ma specifika l-Onorevoli Brincat fuq liema bazi qed isostni li il-varjazzjoni permessa fit-toqol ta' hobza tal-Malti kienet ta' 17 fil-mija, fil-perijodu 1997 - 1999. Fil-verita, sas-sena 1996 il-piz ta' hobza kbira tal-Malti kien specifikat bhala 600 gramma. Kien fiz-zmien li l-Onorevoli Brincat kien ministru li, f'laqghat mar-rapprezentanti tal-furnara, intlahaq ftehim li il-piz ta' hobza kbira setgha jvarja l-isfel basta ma jinzielx taht il-500 gramma. Il-hsieb tal-Gvern, wara il-mizuri li ghadhom kemm thabbru, kien precizament dak li il-varjazzjoni permessa fit-toqol ta' hobza tigi specifikata fid-dettal u ma tibqax iktar mistura.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN