Il-Ministru tas-Sahha jircievi 3 magni moghtija mill-Assocjazzjoni Maltija tas-SMOM lill-Organizzazzjoni Life Cycle
Bil-gest tal-volontarjat pazjenti, li ghandhom mard fil-kliewi, li jaghmlu uzu mis-CAPD (Chronic Ambulatory Peritoneal Dialysis) ser ikollhom titjib fil-kwalita` tal-hajja taghhom.
Dan qalu l-Ministru tas-Sahha, Louis Deguara, meta dalghodu rcieva tlett magni moghtija mill-Assoccazzjoni Maltija tas-Sovereign Military Order of Malta lill-Organizzazzjoni Life Cycle.
Permezz ta' dawn it-3 magni li jiswew Lm4,000-il wahda, il-pazjenti li ser jibbenefikaw minnhom ser ikollhom il-possibilta' li jnaddfu d-demm taghhom matul il-lejl minflok li kull tant hin ibiddlu borza li sal-lum kienu jgorru maghhom kull fejn imorru. Dan jiffacilita` l-indipendenza ta' dawn il-pazjenti.
Il-prezentazzjoni tal-magni saret fir-Renal Unit ta' l-Isptar San Luqa fil-prezenza tal-President tal-Assoccazzjoni Maltija tas-Sovereign Military Order of Malta, Chev. Roger de Giorgio, u l-Ospidalier Dr. Jaime H. Cremona.
Il-Ministru tas-Sahha filwaqt li rringrazzja lil dawk kollha involuti f'din id-donazzjoni, qal li sfortunatament f'Malta l-kultura ta' dawn it-tipi ta' donazzjonijiet ghadha mhix accettata minn xi whud. Hu kompla jghid li barra minn Malta l-isptarijiet jiddependu minn dawn it-tipi ta' donazzjonijiet, izda dawn f'Malta, jqajmu kontroversji politici. Louis Deguara sostna li huwa ta' dizunur ghal kull min jipprova jiehu xi gwadann politiku minn dawn it-tipi ta' donazzjonijiet ghax b'ghemilu jkun qieghed ixekkel l-izvilupp tas-servizzi provduti lill-pazjenti taghna.Il-flus li l-Gvern jiffranka permezz ta' dawn id-donazzjonijiet jintuzaw biex isir aktar investiment fis-servizzi. Hu ghalhekk li s-servizzi tas-sahha f'pajjizna, qed ikunu mfahhra minn organizzazzjonijiet internazzjonali bhalma huwa l-European Observatory on Health Care Systems.
Il-Ministru Deguara appella lill-media biex jippromwovu dawn it-tipi ta' donazzjonijiet u attivitajiet u mhux jippruvaw ixekkluhom billi johorgu informazzjoni zbaljata u ta' natura partigjana. Ikun ahjar jekk dawn il-mezzi tax-xandir ma jikkummentaw xejn milli jkunu strument li jcahhad lill-poplu Malti minn servizzi tas-sahha li jiffacilitaw il-hajja tal-pazjent.Louis Deguara wera l-apprezzament tieghu lejn dawk kollha li taw donazzjonijiet lill-organizzazzjoni Life Cycle li mic-cifri pubblikati l-ghada tal-Milied, johrog car l-appogg li sabet din l-organizzazzjoni ghall-inizjattivi li hadet. B'kollox it-total milhuq minn din l-organizzazzjoni huwa ta' aktar minn Lm65,000.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN