Left arrow Go Back

Ghawdex jiccelebra t-tmien u l-bidu tal-Millennju - 31 Dicembru 1999

PR2004
Date Icon 23/12/1999

Il-qofol taċ-Ċelebrazzjonijiet tal-Millennju f''?awdex jilħqu l-qofol tagħhom nhar il-Ġimgħa 31 ta' Diċembru 1999. F'dan il-lejl l-'?awdxin kollha u dawk kollha preżenti f'Għawdex huma mistiedna sabiex bħala Familja waħda nqattugħ fit-Triq ir-Repubblika u fi Pjazza Indipendenza. Għal dak inhar sar programm li jolqot lil kull membru tas-soċjeta'.

Dan il-programm ser jigbor fih spettaklu mill-aqwa li jibda fis-6.00 p.m. fejn il-Ministru ghal Ghawdex l-Onor. Giovanna Debono fil-prezenza tal-Kumitat tal-Millennju ta' Ghawdex tattendi għal Quddiesa Pontifikali bil-Kant tat-Te Deum fil-Knisja Katidrali.

Aktar tard fit-8.00 p.m. tibda l-Festa A.D. 2000 fejn insegwu l-ftuħ ta' l-istalls ta' l-ikel, l-Area Park għat-tfal u trasmissjonijiet minn diversi pajjizi fuq Big Screens.

Fit-8.30 p.m. fuq il-palk centrali jibda programm sptettaklu ta' zfin mir-Russian Bolshoi School of Ballet and Dance u fl-istess hin fuq palk B jibda kuncert ta' muzika u zfin klassiku bis-sehem ta' solisti, korijiet u zeffiena Ghawdxin, kif ukoll fuq palk C show ta zfin kontemporaneju mill-Grupp Body Art Dancers. L-ispettaklu fuq dawn il-palkijiet jibqa' sejjer u jinbidel kull kwarta fejn inkunu nistghu nsegwu aktar artisti lokali u anke barranin li nsibu fost l-ohrajn Gruppi Folkloristici mill-Grecja, mill-Armenja, spettaklu ta' loghob bil-bnadar mill-grupp ta' Sbandieratori Ducato Caetaniminn Latina, fl-Italja. Fl-10.00 p.m. jibda spettakklu ta' loghob tan-nar minn fuq l-Gholja ta' Gelmus u fuq il-palk principali jibda kuncert ta' l-aqwa muzika tas-seklu mill-grupp Ingliz Knights of Soul. Fil-11.00 p.m. jibda Marc minn Banda Ghawdxija minn Pjazza il-President Kennedy sa Pjazza Indipendenza fejn f'12.45 p.m. il-Ministru ghal Ghawdex l-Onor Giovanna Debono tasal flimkien mal-membri tal-Kumitat tal-Millennju u wara d-diskors qasir minn naha taghha, tibda l-Countdown Atmosphere mid-Djs prezenti fejn f'nofs il-lejl il-Ministru thabbar il-bidu tal-Millennju permezz tat- 12-il tokk mill-qanpiena tal-Millennju, fost il-briju u l-kant. Fl-ewwel 10 minuti tal-Millennju jindaqq l-Innu Malti u wara loghob tan-nar ta' l-ajru.

Wara dan il-briju fuq il-palk principali insegwu spettaklu grandjuz mill-Grupp mistieden u popolari Ingliz Abba Mamma Mia b'muzika u kanzunetti memorabbli tal-Grupp Abba.

Mis-2.00 a.m. -il quddiem insegwu entertainment ta' muzika u zfin ghal kulhadd akkumpanjati mid-D.J.'s Inglizi, Maltin u Ghawdxin.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow