Stqarrija bejn il-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici u l-GWU dwar il-Maltapost
Ghadhom ghaddejjin it-tahdidiet bejn il-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici, il-GWU, u l-Maltapost li jistghu jwasslu ghall-estensjoni taz-zmien miftiehem fil-Memorandum of Understanding ta' l-20 t'April 1998, li jiskadi fil-31 ta' Dicembru 1999.
Ftehim mistenni jintlahaq fil-jiem li gejjin.
Il-General Workers' Union, permezz tas-Segretarju tat-Taqsima Josephine Attard Sultana, kienet kitbet lis-Segretarju Parlamentari George Hyzler fil-bidu ta' Dicembru, bl-iskop li jigi estiz iz-zmien li ghandhom dawk il-haddiema tal-Maltapost li kienu impjegati tal-Gvern qabel l-1979 biex jezercitaw l-ghazla li jmorru lura mal-Gvern. L-estensjoni taz-zmien qed tintalab billi sa issa ghadha ma gietx rizolta l-kwistjoni tal-pensjoni ta' dawk l-imsemmija haddiema li llum qeghdin ma' entitajiet tal-Gvern.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN