Left arrow Go Back

Messagg ghall-Milied u l-Ewwel tas-Sena mill-Onor. Dr. Eddie Fenech Adami, Prim Ministru ta' Malta

PR1999
Date Icon 23/12/1999

Insellem lill-Maltin u l-Għawdxin kollha.

Er'ajna ltqajna fi żmien il-Milied, fi żmien l-aħħar tas-sena. Per'? naħseb li lkoll nifhmu li din id-darba hemm xi ħa'a li mhux tas-soltu. Għax mhux biss qegħdin niċċelebraw il-Milied u l-aħħar tas-sena, imma qegħdin niċċelebraw il-Milied u l-aħħar ta' sena li tagħlaq seklu, sena li tagħlaq ukoll it-tieni millennju ta' l-era Kristjana. U naħseb illi nistgħu u għandna nħarsu lura mhux biss lejn is-sena li għaddiet imma lejn is-seklu li għadda; lejn iż-żew' millennji li għaddew.

Is-seklu li għadda: Jiena naħseb illi aħna l-Maltin nistgħu u għandna nħarsu lejn is-seklu li qiegħed jispiċċa b'sodisfazzjon. Sodisfazzjon għaliex il-poplu Malti f'dan is-seklu kiseb id-dinjit'? tiegħu, mexa fl-iżvilupp kostituzzjonali u politiku, u rajna Malta ssir nazzjon, issir nazzjon sovran - għadna kemm iċċelebrajna l-25 sena ta' Malta Repubblika. Kien żmien illi fih il-poplu Malti akkwista, b'mod żgur, il-kredenzjali tad-demokrazija. Aħna għarafna nimxu 'l quddiem, u wżajna tajjeb id-demokrazija tagħna għax sarrafniha f''id għall-poplu tagħna. Sarrafniha fi żvilupp soċjali għall-poplu kollu. Għarafna li d-demokrazija - dan huwa l-valur veru tagħha: li l-pajjiż kollu kemm hu jimxi 'l quddiem.

Per'? anke jekk inħarsu lejn dan is-seklu u naraw Malta kif imxiet għar-rigward ta' eventi internazzjonali. X''ara fid-dinja matul dan is-seklu? Rajna l-faxxiżmu, rajna l-komuniżmu jinbet, jikber - jiddominaw pajjiżi sħaħ - rajna theddida kbira għad-demokrazija. U nistgħu niftaħru li aħna ipparteċipajna wkoll, tajna sehemna, u rbaħna dawn il-perikoli li pajjiżi oħra kellhom jgħaddu minnhom u spiċċaw vittmi tagħhom. Kburin aħna l-Maltin li dan is-seklu għarafna ngħixuh u għarafna ngħixuh bid-dinjit'? tagħna bħala bnedmin, ilkoll kburin li aħna Maltin.

Huwa t-tmiem ukoll tat-tieni millennju ta' l-era Kristjana. Aħna għandna x-xorti, anzi nirringrazzjaw 'l Alla li l-poplu tagħna - minkejja ħafna drabi, in-nuqqas tal-fidi tagħna, in-nuqqasijiet ta' kull wieħed u waħda minna - għarafna li dawn iż-żew' millennji nikkonservaw fihom il-valuri ewlenin tal-Kristjaneżmu. Pajjiżna għadu pajjiż fejn is-solidarjet'? ngħixuha, ħafna drabi, mhux fi żmien il-Milied biss, imma ngħixuha tul is-sena kollha. Aħna għadna pajjiż fejn għad għandna l-valur tal-familja li nqisuh bħala valur ewlieni, valur importanti. Aħna għadna pajjiż li jimpurtana minn xulxin: dawn huma kollha valuri ewlenin tal-Kristjaneżmu. U aħna nħarsu lura lejn iz-zew' millennji li għaddew u ngħidu iva, il-poplu Malti, għall-grazzja t'Alla, irnexxielu mhux biss iħaddan, kwazi elfejn sena ilu, it-twemmin nisrani, imma rnexxielna t-twemmin nisrani nagħ'nuh fil-karattru Malti.

Se nispiċċaw it-tieni millennju, se nispiċċaw das-seklu, u rridu bilfors inħarsu 'l quddiem. 'Il quddiem x'se jfisser għall-poplu Malti u Għawdxi? U jiena l-messa'' tiegħi huwa messa'' ta' kura'' kbir. Aħna msaħħin bl-esperjenzi ta' l-imgħoddi u nħarsu lejn il-'ejjieni b'fiduċja għaliex nafu illi pajjiżna se jkollu opportunitajiet kbar. Bla dubju ta' xejn qegħdin ngħixu aħna wkoll, bħall-kumplament tad-dinja, rivoluzzjoni kbira ħafna. Dik ir-rivoluzzjoni li qed tagħmel is-soċjet'?, soċjet'? mibnija fuq l-għerf. Illum ghandek l-għerf li tista' takkwistah permezz tat-teknolo'ija - insejħulha t-teknolo'ija ta' l-informatika. Iż-żminijiet li 'ejjin, is-snin li 'ejjin, se jbiddlu ħajjitna mill-għeruq tagħha. Nistgħu nikkomunikaw ma' xulxin b'ħeffa kbira. Nistgħu nfittxu informazzjoni, l-għerf li għandna bżonn, b'ħeffa kbira. Id-dinja ta' għada se tkun dinja fejn irridu nikkompetu, nikkompetu a bażi ta' kemm kapaċi aħna nkunu kreattivi, kemm aħna nkunu kapaċi nużaw moħħna. Mhux iktar tant importanti s-saħħa, ir-riżorsi naturali, is-saħħa fiżika, imma kemm aħna kapaċi nużaw moħħna biex nikkompetu bih. U naħseb li aħna, il-poplu Malti, di''? wrejna illi dan kapaċi nagħmluh.

Is-seklu li 'ej se jkun seklu ta' opportunitajiet ta' dinja kważi 'dida. U f'din id-dinja 'dida aħna l-Maltin żgur illi se nsibu postna.

Jiena m'għandix dubju li l-poplu Malti huwa mhux biss poplu m'arrab u rnexxielu jikseb il-'id li ried, imma l-poplu Malti mit-ti'rib li għaddejna, ħadna l-lezzjonijiet. Irridu nimxu 'l quddiem lkoll flimkien. '?add minna mhu indispensabbli biex inkattru l-'id għal pajjiżna. Per'?, fl-istess ħin, kull wieħed minna huwa importanti. Kull wieħed minna jrid jagħti sehmu. Irid jagħti sehmu fix-xogħol tiegħu, hu x'inhu. Ilkoll aħna importanti għal pajjiżna.

Jiena nieħu pjaċir ner'a' nkellimkom fi żmien il-Milied fi djarkom. Nawguralkom Milied hieni fost il-familji tagħkom. Nawguraw lill-poplu Malti jibqa' miexi flimkien b'dak is-sens ta' solidarjet'? li di''? għidt huwa karatteristika ewlenija tal-karattru tal-poplu Malti. Inħares 'il quddiem b'fiduċja u nawgura lill-Maltin u l-Ghawdxin kollha sena oħra mimlija riżq u barka, seklu illi fih inkomplu mexjin 'il quddiem biex naraw li l-progress ma jonqos qatt, naraw l-iżviluppi politiċi, ekonomiċi u soċjali f'pajjiżna li lkoll nixtiequ.

Insellmilkom.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow